Id-Diviżjoni tas-Saħħa tiddeplora l-attitudni ta’ l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) dwar is-servizzi tat-tobba fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza ta’ l-Isptar San Luqa
pr1648
10/11/2005
| Fix-xhur | li għaddew kienu qed isiru taħdidiet biex jitjieb in-numru ta’ tobba li jagħtu s-servizz tagħhom f’ċerti ħinijiet fid-Dipartiment ta l-Emerġenza. L-awtoritajiet ta’ l-isptar San Luqa, kienu qed jinsistu li jiġi rivedut it-tqassim tat-tobba fid-diversi gradi, li huma diġa` allokati fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u r-roster li qed jinħadem, flimkien ma’ analiżi jekk hemmx ħtieġa li jiżdied in-numru totali ta’ tobba. |
| Fil-fatt | bħalissa d-Diviżjoni qed tikkonsidra biex f’Jannar 2006, in-numru totali ta’ tobba fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza jitla’ għal 36 tabib. Meta l-management ta’ l-isptar San Luqa pprova jkopri ċertu mankanzi billi jagħmel re-deployment minn dipartimenti oħra, sab ma’ wiċċu direttiva lit-tobba, sabiex ma jiċċaqalqux mid-dipartimenti li huma assenjati lilhom. |
| It-tobba | ngħataw direttivi li jaċċettaw biss jekk kemm il-darba dan ix-xogħol isir fi ġranet fejn ikunu off, u dan mingħajr ma l-MAM tieħu ebda konsiderazzjoni li b’din id-direttiva, konniex sejrin nispiċċaw b’tobba li jaħdmu numru esaġerat ta’ sigħat. |
| Il-MAM | il-bieraħ għażlet li tagħmel pubbliku dak li kienet qiegħda titlob. Minbarra li ma tatx l-istampa kollha, kompliet tiżgwida u tħallat ‘issue’ ma’ oħra billi attakkat il-preparamenti ntensivi li qiegħda tagħmel id-Diviżjoni sabiex toffri servizz mediku ta’ l-aqwa kwalità, matul l-avvenimenti tal-CHOGM. |
| Għal | dawn is-servizzi, id-Diviżjoni għandha bżonn tat-tobba esperti li ħarrġet fl-Emergency Response Team, sabiex jagħtu s-sehem sħiħ u kontinwu matul il-ġimġħa kollha tal-CHOGM. |
| Mid-Dipartiment | ta’ l-Emerġenza sejrin jittieħdu erba’ tobba, u li flokhom id-Diviżjoni ħasbet sa minn Lulju li għadda, billi identifikat sitt tobba li kellhom isaħħu id-Dipartiment ta’ l-Emerġenza matul il-ġimgħa tal-CHOGM. Dawn is-sitt tobba kellhom xhur sħaħ ta’ esperjenza fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza innifsu, qabel ma ntagħżlu bħala SHO’s f’dipartimenti kliniċi oħra. |
| Il-management ta’ l-isptar u d-dipartimenti kliniċi, permezz tac-Chairmen | tagħhom, kellhom il-pjanijiet maqbula dwar kif sejrin jagħmlu tajjeb għal din is-sitwazzjoni. |
| Il-MAM | għalhekk hija għal kollox żbaljata meta tgħid li d-Diviżjoni m’għandhiex għal qalbha s-servizz tal-pazjent fid-Dipartiment ta’ l-Emerġenza u fid-dipartimenti kliniċi. |
| Id-Diviżjoni | tas-Saħħa hija ċerta mis-support tal-pubbliku meta qiegħda tieħu miżuri sabiex tnaqqas il-ħela, iżżid l-effiċjenza u fl-istess ħin ma tnaqqas xejn mill-kwalità tas-servizz. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949