Left arrow Mur Lura

Proċess ta’ ristrutturar fl-MCCA

pr1647
Date Icon 10/11/2005

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech ħabbar il-bord il-ġdid tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti (MCCA) kif ukoll proċess ta’ ristrutturazzjoni bl-iskop li l-organizazzjoni tkun waħda aktar żnella u ffokata fuq il-funzjonijiet ewlenin (core functions) tal-MCCA. 

Il-Kunsill tal-MCCA hu magħmul minn Hans Cauchi bħalaChairman; Josef Camilleri, Deputy Chairman; u minn Francesca Balzan, Mro. Philip Ciantar,  Isabelle Gatt, George Glanville, Sir Cameron Mckintosh, D Lit, Kevin Sciberras u Rev. Prof. Peter Serracino Inglott, bħala membri.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li MCCAtwaqqfet fl-2002 biex tippromwovi l-kultura Maltija permezz tal-forom kollha ta’ l-espressjoni kreattiva, biex tiżdied l-aċċessibilita’ tal-pubbliku għall-arti u biex il-wirt kulturali Malti jsir magħruf aktar lokalment u barra l-pajjiż.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-MCCA issase tiffoka aktar fuq il-funzjonijiet l-aktar importanti tagħha li jinkludu:
o    L-iżvilupp,il-motivazzjoni u t-titjib ta’ l-apprezzament, l-espressjoni u l-aċċessibilita’ għall-kultura u l-arti;
o    Is-salvagwardjata’ l-iżvilupp dinamiku ta’ dawn it-tifsiliet kulturali;
o    Il-kollaborazzjonimal-Kunsilli Lokali, NGOs u persuni oħra għall-promozzjoni tal-kultura u inizjattivi kulturali;

o    L-inkoraġġiment ta’ l-esplorazzjoni, l-iżvilupp u l-espressjoni tal-potenzjal artistiku personali;

o    Iż-żieda ta’ tagħrif u apprezzament ta’ attivitajiet kulturali u artistiċi;

o    Il-formolazzjoni  u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji li jiżguraw il-kultura Maltija lokalment u barra minn Malta; u

o    Ir-riċerka relatata mal-kultura u l-arti. 

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħidma ewlenijatal-MCCA kienet l-organizzazzjoni ta’ avvenimenti nazzjonali. Dan minħabba l-ħiliet fl-istruttura preżenti tal-ħaddiema. Hu qal li l-avvenimenti kienu qed jgħaddu f’idejn il-Ministeru u qed ikunu amalgamati fil-taqsima ta’ l-avvenimenti ta’ l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta. Hu qal li b’hekk, l-MCCA tista’ tiffoka fuq il-missjoni tagħha (core mission).  Hu qal li bl-istess mod kien ser jissaħħaħ il-kalendarju ta’ attivitajiet li se jkunu analizzati sew fuq is-siewi kulturali tagħhom, kif ukoll fuq il-potenzjal turistiku.
Francis  Zammit Dimech qal li l-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura permezz ta’ l-“EU and Policy Development Directorate” kien qed jaħdem fuq politika kulturali għal Malta, li qed tieħu f’konsiderazzjoni il-proċess vast ta’ konsultazzjoni dwar dan is-suġġett li seħħ fl-aħħar snin. Hu qal li darba jsir abbozz, din il-politika tiġi diskussa mal-Kunsill u titqiegħed taħt forma ta’ white paper.
Il-Ministru Zammit Dimech qal l-MEU kienetkummissjonata wkoll biex tanalizza l-benefiċċji li jkunu integrati t-Teatru Manoel, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi u ċ-Ċentru għall-Kreattivita’. Hu qal li din il-miżura hi maħsuba biex issaħħaħ il-kapaċita’ amministrattiva u ta’ marketing tat-tlett entitajiet mingħajr ma bl-ebda mod tnaqqas l-identita’ korporattiva u l-funzjoni ta’ kull  entita’.  Hekk dawn l-entitajiet ikunu jistgħu jikkonċentraw fuq il-funzjonijiet l-aktar importanti tagħhom.
Il-Ministru Zammit Dimech ħabbar li l-Professur JoeFriggieri li kien iċ-Chairman preċedenti tal-MCCA se jibqa’ jaġixxi bħala Advisor tal-Ministeru fuq il-qasam kulturali b’mod ġenerali u b’mod partikolari ġie mitlub mill-Gvern biex isegwi dan il-proġett. Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ħatar  steering committee mmexxi minn Joe F.X. Zahra biex jipprepara għat-twaqqif ta’ Akkademja tal-Mużika. Hu qal li din kienet waħda mill-inizjattivi identifikati mill-MCCA. Hu qal li fix-xhur li ġejjin il-Kumitat se jkun qed jaħdem biex jiffinalizza l-istatut u l-qafas għall-Akkademja. Hu qal li fl-estimi ta’ din is-sena kien hemm token vote għat-twaqqif ta’ din l-Akkademja.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li l-Gvernpreżenti kien qiegħed l-iżvilupp tal-kultura u l-arti fost il-prioritajiet tiegħu għall-iżvilupp kulturali u ekonomiku ta’ pajjiżna. Francis Zammit Dimech qal li l-kultura u l-arti kienu jkabbru l-identita’ nazzjonali filwaqt li jikkontribwixxu  biex inkabbru waħda minn niċeċ turistiċi, dik tat-turiżmu kulturali. Il-Ministru Zammit Dimech qal li s-snin li ġejjin  kienu għall-kultura u l-arti, snin interessanti ħafna li fihom kulħadd ried jikkontribwixxi biex pajjiżna jkompli jippromwovi dak li ħallewlna missirijietna filwaqt li jiżviluppa proġetti ġodda kulturali li jkompli jagħżluna minn kull nazzjon ieħor.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow