Left arrow Mur Lura

Futur komuni fil-Commonwealth

pr1646
Date Icon 10/11/2005

Bħala parti mill-avvenimenti li qed ikunu organizzati biex jikko-inċidu mal-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth (CHOGM), il-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru tal-Kreattività, qed iniedi programm ta’ attivitajiet bit-tema ‘Futuri Komuni’. 

B’kollox se jkunu organizzati ħames attivitajiet:

o    Bejn l-20 ta’ Novembru u s-6 ta’ Jannar 2006,  se tkun organizzata attivita’ ta’ arti viżiva bit-tema “Digital Discourse” fejn l-arti tiltaqa’ max-xjenza. Disa’ artisti mill-Kanada, l-Awstralja, Singapore, Ċipru, l-Afrika t’Isfel, Indja, New Zealand, ir-Renju Unit u Malta, se jagħtu interpretazzjoni diġitali għat-tema taċ-CHOGM.

o    Bejn  l-20 ta’ Novembru u t-13 ta’ Diċembru, se tittella’ wirja mill-British Council bit-tema “Zero Carbon City”. Il-wirja se tkun dwar emissjonijiet mill-karbonju u x’nistgħu nagħmlu biex innaqsuhom.

o    Bejnit-23 u s-26 ta’ Novembru, il-British Council se jippreżenta  “Sounds Unlimited and Zena Edwards” fejn Renzo Spiteri jingħaqad ma’ Michael Edwards u Chris, f’kunċert li jġib flimkien perkussjoni  u ħsejjes elettroniċi flimkien mal-poeta ta’ fama internazzjonali Zena Edwards, li tagħti r-reazzjonijiet tagħha għat-temi li se jkunu qed jiġu diskussi fiċ-CHOGM.
o    Fl-10ta’ Novembru il-British Cultural Association ser ittella’ programm letterarju bit-tema “From Newfoundland to Melbourne .... via Malta”. Din il-lejla musiko-letterarja ser tesplora temi mill-Commonwealth.
o    Bejnil-20 u l-21 ta’ Novembru, se jiġi organizzat forum dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Commonwealth. Dan il-forum ser iġib flimkien attivisti dwar id-drittijiet tal-bniedem minn madwar il-Commonwealth. Il-forum se jsir eżattament qabel il-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth biex ikun żgurat li dak li jkun deċiż jiġi sottomess liċ-CHOGM.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis ZammitDimech qal li l-Laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth hi okkażjoni unika biex tlaqqa’ mhux biss Kapijiet tal-Gvern minn 53 pajjiż differenti, iżda anke ġġib flimkien rappreżentanti tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw popolazzjoni ta’ 1.8 biljun persuna mxerrda mad-dinja kollha.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li din hi ukollokkażjoni unika biex nibdlu ideat u informazzjoni dwar diversi suġġetti marbuta mad-demokrazija, żvilupp sostenibbli, edukazzjoni, ambjent, saħħa, drittijiet tal-bniedem, teknoloġija ta’ l-informatika u telekomunikazzjoni, is-saltna tad-dritt,  l-istati żgħar u ż-żgħażagħ.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li matulil-jiem li fihom jiltaqgħu l-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth, qed jiġu organizzati diversi attivitajiet għall-aktar minn 3,000 persuna li se jkunu Malta sew mad-delegazzjonijiet uffiċjali, sew biex jipparteċipaw fil-Commonwealth Youth Forum, Commonwealth People’s Forum u l-Commonwealth Business Forum, kif ukoll għall-mijiet ta’ ġurnalisti li se jkunu f’Malta.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li pajjiżna kien ilumembru tal-Commonwealth għal dawn l-aħħar 40 sena u għal ftit aktar minn sena membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu qal li kien hemm żewġ pajjiżi oħra membri ta’ l-Unjoni Ewropea li kienu wkoll membri tal-Commonwealh – Ċipru u r-Renju Unit, li nzerta għandu wkoll il-Presidenza ta’ l-UE.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech appella biexfil-jiem taċ-CHOGM inkomplu nuru l-ospitalita’ li hi karatteristika tagħna, għaliex l-istejjer li jibgħatu daqstant mijiet ta’ ġurnalisti lura f’pajjiżhom, jistgħu jkunu l-akbar mezz ta’ promozzjoni għal Malta f’53 pajjiż imxerrda ma’ kull parti tad-dinja.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow