IT-TERMINAL TAL-PASSIĠĠIERI ĠDID JIBDA JAĦDEM F’MARZU 2006
pr1644
10/11/2005
| L-attività kummerċjali u turistika li ġiet iġġenerata fix-Xatt tal-Belt | bl-inawgurazzjoni tal-proġett tal-Cruise Passenger Terminal ser tkompli tieħu spinta fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif ser jiftħu aktar ħwienet fil-Forni Complex meta dan jitlesta fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru. |
| Waqt żjara li għamel fis-sit tal-Kumpless, il-Ministru | għall-Iżvilupp Urban u Toroq, Jesmond Mugliett qal li l-iżvilupp li sar minn VISET plc., fl-aħħar sentejn huwa xempju ta’ kif proġett ta’ riġenerazzjoni maħsub sew, jaf jagħti ħajja ġdida lil żoni sħaħ li jkunu mitluqin. |
| Hu qal li hija ħaġa tal-għaġeb kif ix-xatt tal-Belt seta | jieħu xejra ġdida fi żmien ftit xhur biex illum sar ċentru alternattiv għad-divertiment. |
| “M’hemmx dubju li l-investiment minn VISET plc., | fir-rijabilitazzjoni ta’ din iż-żona, kienet l-ingrendjent indispensabbli biex dan il-proġett seta jseħħ. Iżda l-investiment li għamlu l-intraprendituri, li ħatfu l-opportunità biex jiftħu stabbilimenti kummerċjali fl-imħażen ta’ Pinto matul ix-xatt, jixhed il-kunfidenza li s-settur privat għandu f’dan il-proġett, kif ukoll fl-ekonomija Maltija. |
| “Meta jiftaħ ix-xahar id-dieħel, il-Kumpless Forni ser | ikompli jibni u jsaħħaħ fuq is-suċċess li rajna jitwettaq fix-xhur tas-Sajf matul ix-xatt,” kompla jgħid il-Ministru Mugliett. |
| “Fix-xhur li ġejjin, il-Gvern mistenni jkattar il-ħidma | tiegħu sabiex jikkomplimenta x-xogħlijiet li qed jitwettqu minn VISET plc. Dawn ix-xogħlijiet huma mmirati partikolarment sabiex itejjbu l-aċċessibilità mix-xatt għaċ-ċentru tal-Belt u anke l-bqija ta’ Malta,” qal il-Ministru Mugliett. |
| Hu spjega li wieħed mill-proġetti ta’ toroq li l-Gvern | mistenni jipproponi għal ko-finanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-perjodu finanzjarju 2007-2013 huwa propju t-titjib tat-triq li minn Spencer Hill twassal sal-Cruise Passenger Terminal. Hemm ukoll proġett ieħor biex jiddaħħlu sistemi ta’ aċċess vertikali li jgħaqqdu it-terminal mal-Belt Valletta. |
| Il-Kumpless Forni ser jilqa’ fiħ terminal | tal-passiġġieri tal-cruise liners ġdid fil-livell ta’ taħt, b’għadd kbir ta’ stabbilimenti kummerċjali fil-livelli l-oħra. |
| Ix-xogħol fuqu kien beda f’Ġunju 2004, ftit wara | t-tlestija tal-link road li tgħaddi minn wara l-imħażen ta’ Pinto. L-istruttura tal-binja hija għal kollox lesta filwaqt li bħalissa għaddej ix-xogħol fuq is-servizzi u l-‘finishes’. |
| Hu maħsub li l-ewwel ħwienet tal-kumpless jiftħu | fl-ewwel ġimgħa ta’ Diċembru filwaqt li t-terminal tal-passiġġieri jibda jaħdem f’Marzu tas-sena d-dieħla. Dan it-terminal ser ikun jista’ jilqa’ fiħ traffiku ta’ passiġġieri minn cruise liners li jużaw lil Malta, bħala home port; kif ukoll passiġġieri minn cruise liners li jużaw lil Malta bħala port of call. Il-kumpless ser jinkludi fih ukoll numru ta’ travel value shops. |
| Bil-ftuħ tat-terminal il-ġdid, it-terminal | tal-passiġġieri fuq in-naħa tal-Marsa, li kien ġie rinovat għal kollox is-sena l-oħra, ser jibda jintuża bħala ferry terminal, għalkemm dan jista’ jkompli jintuża wkoll għall-passiġġieri tal-cruise liners f’każ ta’ bżonn. |
| Mat-tlestija tal-Kumpless Forni, VISET plc mistennija | tibda xogħol fuq l-aċċess għal-laguna fuq in-naħa tat-terminal tal-passiġġieri l-qadim. Dan l-iżvilupp ser jiftaħ il-laguna u jagħmilha possibbli għall-water taxis biex jidħlu max-xatt. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949