GĦAWDEX IFAKKAR LIL-LAVARIST
pr1638
09/11/2005
| Il-Kumitat Organizzativ Kultura fi ħdan il-Ministeru | għal Għawdex se jorganizza serata kommemorattiva fl-okkażjoni ta’ l-erbgħin anniversarju mit-telfa traġika ta’ Fredu Spiteri – magħruf bħala l-Lavarist – iben prolifiku Għawdxi fil-kamp ta’ l-għana u l-ispirtu pront, li miet, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku, nhar l-10 ta’ Novembru 1965. |
| Fredu Spiteri kien magħruf għall-karattru ferrieħi | tiegħu u għall-imħabba li kellu għall-kitarra, li kienet tkun dejjem imdendla m’għonqu. Ħafna jiftakruh għall-makkjetti komiċi tiegħu u għas-sehem tiegħu f’festi popolari bħall-Milied u l-Karnival. Fredu Spiteri kien garanzija ta’ udjenza għal kull attivita’, li ħafna minnhom kienu jiġu organizzati b’riżq istituzzjonijiet tal-karita’. Ħafna jiftakruh iżewwaq l-iljieli sajfin f’Marsalforn, bid-daqq tal-kitarra u l-kant tiegħu għad-dawl inemnem tal-fanal, ħafna qabel ma waslu d-dawl elettriku u l-faċilitajiet ta’ divertiment f’dan ir-raħal tas-sajjieda. Fredu Spiteri kien membru attiv, u li għen fit-twaqqif tal-Muskettieri Għawdxin – grupp teatrali popolari f’Għawdex fis-snin 60, kif ukoll preżentatur ta’ programm fil-ġimgħa fuq ir-Rediffusion. Kien ukoll jieħu sehem regolari fil-festi ta’ l-Imnarja fil-Buskett kif ukoll fuq l-istazzjon televiżiv M.T.V. Il-mewt traġika tiegħu ħasdet lill-gżira b’mod partikolari lill-anzjani u lill-morda u lit-tfal fl-istituti, li kellhom post speċjali fil-qalb ta’ Fredu Spiteri u li għalihom iddedika ħafna mit-talent tiegħu. |
| Is-serata kommemorattiva, li se tinżamm fil-Ministeru | għal Għawdex nhar il-Ġimgħa, tinkludi d-daqq ta’ mużika tradizzjonali Maltija bil-kitarra, għana bis-sehem tal-Budaj, u t-tifkir permezz ta’ rakkonti ta’ ndividwi dwar esperjenzi personali li kellhom ma’ Fredu Spiteri tul ħajtu. |
L-attivita’ tibda fis-7.00pm. Id-dħul huwa b’xejn.
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949