JUM IT-TIFKIRA 2005 F’GĦAWDEX
pr1637
09/11/2005
| Iċ-ċerimonja ta’ Jum it-Tifkira ser issir f’Għawdex, | nhar il-Ħadd 13 ta’ Novembru permezz ta’ attivita’ fi Pjazza Indipendenza, Victoria. |
| Waqt iċ-ċerimonja ta’ Jum it-Tifkira ser jieħdu sehem | membri mill-Banda ta’ l-Iscouts ta’ San Ġwann, membri mill-Banda tal-Pulizija u l-Kor Schola Cantorum Jubilate mistieden għall-okkażjoni. Tinqara silta dwar it-Tieni Gwerra Dinjija mill-poeta Charles Bezzina filwaqt li jsir talb għall-paċi. |
| Waqt l-attivita’, il-bank HSBC se jagħmel | preżentazzjoni ta’ sponsorship li huwa ndirizzat lejn ir-restawr li sar fuq il-monument ta’ Kristu Re. |
| Il-monument kien ġie inawgurat f’Mejju 1954 | mill-Altezza Rjali r-Reġina Eliżabetta II waqt żjara rjali f’Għawdex. Il-monument jikkonsisti fi statwa tal-bronż, maħduma mill-iskultur Carlo Pisi f’Ruma, u pedestall tal-ġebla tal-qawwi. Għandu erba’ basso-riljevi tal-bronż li jissimobilizzaw lill-vittmi ċivili, lill-vittmi tal-flotta, ta’ l-armata u tal-forzi ta’ l-ajru flimkien ma’ lista ta’ ismijiet ta’ persuni Għawdxin li tilfu ħajjithom b’konsegwenza tat-Tieni Gwerra Dinjija. |
| Il-qofol ta’ l-attivita’ tintlaħaq permezz ta’ | tqegħid ta’ kuruna mill-Onor Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. Hija tkun segwita bit-tqegħid ta’ kuruni u bukketti ta’ ward minn Vincent Grech, Chairperson Kumitat Organizzativ Kultura, kif ukoll mill-kapijiet tad-dipartimenti governattivi u parastatali f’Għawdex, Għaqdiet u Soċjetajiet Għawdxin, mill-British Legion u Ex-Servicemen Ingliżi residenti f’Għawdex. |
| Preżenti għall-attivita’ ser ikun hemm ukoll | stakkament Għawdxi tal-Forzi Armati li jifforma Gwardja ta’ l-Unur mal-Monument. |
| Iċ-ċerimonja tibda fl-10:20a.m. fi Pjazza | Indipendenza, Victoria. Il-pubbliku huwa mistieden u mħeġġeġ li jattendi. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949