Left arrow Mur Lura

MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI: PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI (AGRICULTURAL OR FORESTRY TRACTORS)

pr1634
Date Icon 09/11/2005
Abozz ta’ Avviż Legali dwar it-“Type Approval ofAgricultural or Forestry Tractors (amendment) Regulations, 2005” li temenda L.N. 123 ta’ 2005 fuq iċ-ċertifikazzjoni (EC-type Approval) ta’ tractors ġodda (inklużi dawk li jintużaw għall-agrikoltura).
Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni(MCMP), permezz tad-Direttorat għall-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards, qiegħed iniedi dan l-abozz ta’ regolamenti li jittrasponu id-Direttiva Nr. 2005/13/ECli temenda Direttiva 2000/25/EC dwar miżuri li jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet ta’ tniġġis minn magni li jħaddmu tractors agrikoli jew tal-foresti, li temenda Direttiva 2003/37/EC fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ tractors ġodda.

Din id-Direttiva li taġġorna d-Direttiva 2000/25/EC u temenda Direttiva 2003/37/EC, titratta l-emissjonijiet ta’ tniġġis minn tractors.  Din titratta kemm magni nstallati fuq tractors ġodda u magni ’spare’ li jħaddmu dawn il-vetturi.  Dawn l-emendi jistabilixxu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk ta’ Direttiva 97/68/EC (kif emendata minn 2004/62/EC) fuq it-tniġġis ta’ l-arja minn magni nstallati fuq Makkinarju mobbli mhux stradali, kif ukoll taġġorna Skeda Nr. 1 ta’ Direttiva 2003/37/EC biex ikun hemm konsistenza bejn id-dokumneti mitluba minn Direttivi 2000/25/EC, 97/68/EC u 2003/37/EC.

Dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ skond il-kategorija tat-tractor u il-magna tagħha.  (Dawn japplikaw għal tractors ġodda biss). 

Kategorija

Stadju

Power (kw)

Mandatorju għal type approval

Mandatorju għas-servizz

H

IIIA

130 -560

31/12/2005

31/12/2005

I

75-130

31/12/2005

31/12/2006

J

37-75

31/12/2006

31/12/2007

K

19 - 37

31/12/2005

31/12/2006

L

IIIB

130 - 560

31/12/2009

31/12/2010

M

75 - 130

31/12/2010

31/12/2011

N

56 - 75

31/12/2010

31/12/2011

P

37 - 560

31/12/2011

31/12/2012

Q

IV

130 - 560

31/12/2012

31/12/2013

R

56 - 130

31/09/2013

31/12/2014

Hemm eżenjoni ta’ sentejn għall-magni li ġew prodotti qabel id-dati msemmija hawn fuq. 

Din il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għall-vetturi second hand u vetturi li huma diġa fit-triq.

Din il-liġi trid tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern sal-31/12/2005.

Il-Kummenti jridu jaslu sat-18/11/2005.

Noti lill-edituri:

1.    Kopja ta’ dan l-abozz jista jinġabar mill-

Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards

(Attn: Kap – Direttorat għall-Prodotti Industrijali utal-Konsumatur)
It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta,VLT 03; jew

fax: 2124 2406; jew

e-mail:anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt;

linda.worley@msa.org.mt.

2.   Kwalunkwe kontribuzzjonijiet bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat għall-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-18/11/2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:

Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards

(Attn: Kap – Direttorat għall-Prodotti Industrijali utal-Konsumatur)
It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta,VLT 03; or

fax: 2124 2406; or

e-mail:anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt;

linda.worley@msa.org.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow