MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI: PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI (AGRICULTURAL OR FORESTRY TRACTORS)
| Abozz ta’ Avviż Legali dwar it-“Type Approval of | Agricultural or Forestry Tractors (amendment) Regulations, 2005” li temenda L.N. 123 ta’ 2005 fuq iċ-ċertifikazzjoni (EC-type Approval) ta’ tractors ġodda (inklużi dawk li jintużaw għall-agrikoltura). |
| Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni | (MCMP), permezz tad-Direttorat għall-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards, qiegħed iniedi dan l-abozz ta’ regolamenti li jittrasponu id-Direttiva Nr. 2005/13/ECli temenda Direttiva 2000/25/EC dwar miżuri li jittieħdu kontra t-tniġġis ta’ l-arja minn emissjonijiet ta’ tniġġis minn magni li jħaddmu tractors agrikoli jew tal-foresti, li temenda Direttiva 2003/37/EC fuq iċ-ċertifikazzjoni ta’ tractors ġodda. |
Din id-Direttiva li taġġorna d-Direttiva 2000/25/EC u temenda Direttiva 2003/37/EC, titratta l-emissjonijiet ta’ tniġġis minn tractors. Din titratta kemm magni nstallati fuq tractors ġodda u magni ’spare’ li jħaddmu dawn il-vetturi. Dawn l-emendi jistabilixxu rekwiżiti ekwivalenti għal dawk ta’ Direttiva 97/68/EC (kif emendata minn 2004/62/EC) fuq it-tniġġis ta’ l-arja minn magni nstallati fuq Makkinarju mobbli mhux stradali, kif ukoll taġġorna Skeda Nr. 1 ta’ Direttiva 2003/37/EC biex ikun hemm konsistenza bejn id-dokumneti mitluba minn Direttivi 2000/25/EC, 97/68/EC u 2003/37/EC.
Dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ skond il-kategorija tat-tractor u il-magna tagħha. (Dawn japplikaw għal tractors ġodda biss).
Kategorija | Stadju | Power (kw) | Mandatorju għal type approval | Mandatorju għas-servizz |
H | IIIA | 130 -560 | 31/12/2005 | 31/12/2005 |
I | 75-130 | 31/12/2005 | 31/12/2006 | |
J | 37-75 | 31/12/2006 | 31/12/2007 | |
K | 19 - 37 | 31/12/2005 | 31/12/2006 | |
L | IIIB | 130 - 560 | 31/12/2009 | 31/12/2010 |
M | 75 - 130 | 31/12/2010 | 31/12/2011 | |
N | 56 - 75 | 31/12/2010 | 31/12/2011 | |
P | 37 - 560 | 31/12/2011 | 31/12/2012 | |
Q | IV | 130 - 560 | 31/12/2012 | 31/12/2013 |
R | 56 - 130 | 31/09/2013 | 31/12/2014 |
Hemm eżenjoni ta’ sentejn għall-magni li ġew prodotti qabel id-dati msemmija hawn fuq.
Din il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għall-vetturi second hand u vetturi li huma diġa fit-triq.
Din il-liġi trid tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern sal-31/12/2005.
Il-Kummenti jridu jaslu sat-18/11/2005.
Noti lill-edituri:
1. Kopja ta’ dan l-abozz jista jinġabar mill-
Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards
| (Attn: Kap – Direttorat għall-Prodotti Industrijali u | tal-Konsumatur) |
| It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, | VLT 03; jew |
fax: 2124 2406; jew
e-mail:anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt;
2. Kwalunkwe kontribuzzjonijiet bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat għall-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-18/11/2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:
Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards
| (Attn: Kap – Direttorat għall-Prodotti Industrijali u | tal-Konsumatur) |
| It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, | VLT 03; or |
fax: 2124 2406; or
e-mail:anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt;
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949