MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI: PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI (VETTURI ĠODDA)
| Abbozz ta’ Avviż Legali dwar il-“Motor Vehicles | (EC Type Approval) (Amendment) (No.2) Regulations, 2005” li temenda L.N. 95 ta’ 2002 fuq iċ-ċertifikazjoni (EC-type Approval) ta’ vetturi ġodda. |
| Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni | (MCMP), permezz tad-Direttorat għall-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-Awtorita’ Maltija dwar l-Istandards, qiegħed iniedi dan l-abozz ta’ regolamenti li jittrasponu id-Direttiva Nr. 2004/104/EC fuq l-adattament għall-progress tekniku ta’ Direttiva 72/245/EEC fuq l-interferenza tar-radju (kompatibilita’ elettromanjetika) ta’ vetturi u li temenda Direttiva 70/156/EEC. |
| Din id-Direttiva taġġorna d-direttiva li titratta l-kompatibilita’ | elettromanjetika ta’ vetturi 72/245/EC ma’ l-aħħar standards, kif ukoll tipprovdi rotta ġdida għat-tqegħid fuq is-suq ta’ prodotti elettroniċi ntiżi għall-istallazjoni ġo vetturi sakemm dawn il-prodotti ma jeffetwawx is-sigurta’ tal-vettura. Dawn il-prodotti jkunu jistgħu jitpoġġew fuq is-suq bil-liġijiet tal-marka ‘CE” (per eżempju A.L. 368 ta’2002 u 374 ta’ 2002). Iżda din il-proċedura tibqa’ fis-seħħ għall-perjodu ta’ erba’ snin. Dan l-abbozz japplika għall-vettiuri ġodda (minbarra ‘tractors’ u muturi) hekk: |
· Iċ-ċertifikazzjoni ta’ mudelli ġodda minn 1/7/2002
· Reġistrazzjoni ta’ vetturi ġodda minn 1/1/2008
· Prodotti elettroniċi ntiżi għal dawn il-vetturi minn 1/1/2009.
| Din il-leġiżlazzjoni ma tapplikax għal vetturi second | hand u vetturi li huma diġa’ fit-triq. |
| Din il-liġi trid tiġi ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern | sal 31/12/2005. |
Il-kummenti tal-pubbliku jridu jaslu sat-18/11/2005.
Noti lill-edituri:
1. Kopja ta’ dan l-abozz jista’ jinġabar mill-
Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards
| (Attn: Kap – Direttorat għall-Prodotti Industrijali u | tal-Konsumatur) |
| It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, | VLT 03; |
jew fax: 2124 2406;
jew e-mail: anthony.camilleri@msa.org.mt;
2. Kwalunkwe kontribuzzjonijiet bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat għall-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-18/11/2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:
Awtorita’ Maltija Dwar l-Istandards
| (Attn: Kap – Direttorat għall-Prodotti Industrijali u | tal-Konsumatur) |
| It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, | VLT 03; |
jew fax: 2124 2406;
jew e-mail: anthony.camilleri@msa.org.mt;
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949