AKTAR TISBIĦ U RIABILITAZZJONI TA’ ĠONNA PUBBLIĊI
pr1632
09/11/2005
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit | Dimech, meta nieda uffiċjalment ir-raba’ edizzjoni tal-pubblikazzjoni ta’ Dr Joseph Borg bit-titlu “The Public Gardens and Groves of the Maltese Islands – a visitor’s guide book”, qal li fi sforz biex joħloq bilanċ bejn l-iżvilupp u l-ambjent il-Gvern qed isebbaħ ġonna eżistenti u jiżviluppa oħrajn biex jitgawdew minn kulħadd fil-ħin liberu. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li f’dawn l-aħħar | snin il-Gvern sebbaħ u rristruttura t-tliet ġonna pubbliċi tal-belt Valletta, il-ġonna tal-Floriana u diversi ġonna ma’ Malta u Għawdex. Inbena Ġnien l-Indipendenza f’tas-Sliema li saritlu manutensjoni estensiva erba’ snin ilu. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li permezz ta’ | l-Environmental Landscapes Consortium, li hu Public Private Partnership, diversi rqajja’ ta’ art – fosthom roundabouts u centre strips – qed jingħataw dehra ġdida billi qed jitħawwlu fihom siġar u jinżergħu pjanti. Dawn il-proġetti qed jibdlu lill-pajjiż fi ġnien mill-isbaħ li qed jitgawda mill-Maltin u qed jagħtu dehra ġdida li qed tgħolli l-prodott Malti. |
| Il-Ministru Zammit | Dimech qal li anke l-Ministeru għat-Turiżmu u Kultura, permezz ta’ l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta qed jagħmel il-parti tiegħu biex ikollna aktar ġonna u biex dawk li għandna jinżammew aħjar. Hu qal li fil-jiem li ġejjin se jibda proġett ta’ tisbiħ ta’ Howard Gardens barra s-swar ta’ l-Imdina. Hu qal li dan il-ġnien kbir, li jgħaqqad il-belt qadima ta’ l-Imdina mad-Domus Romana, se jissebbaħ permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea. Hu qal li meta dan il-proġett jitlesta pajjiżna se jkollu post ieħor għall-mistrieħ ta’ l-ogħla kwalita’. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li proġett ieħor li kien se jitwettaq mill-Ministeru tiegħu kien it-tisbiħ tax-Xagħra ta’ Bormla li kienet ser tingħata dehra ġdida. Hu qal li proġetti bħal dawn kienu jkomplu jagħtu dehra mill-isbaħ lil pajjiżna billi jtejjbu u jsebbħu postijiet pubbliċi li jew kienu mitluqa, jew kien jeħtiġilhom manutensjoni. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li din kienet ir-raba’ | edizzjoni tal-pubblikazzjoni “The Public Gardens and Groves of the Maltese Islands – a visitor’s guide book” ta’ Dr Joseph Borg li kien fiha aktar ritratti bil-kulur u li minħabba li dawn żdiedu fl-aħħar għaxar snin, kienet tkopri aktar ġonna u postijiet ta’ divertiment. |
| Il-Ministru Zammit Dimech qal li kien ċert li din l-edizzjoni, | bħal dik ta’ qabilha, kienet se tkun popolari mat-turisti. Hu qal li pubblikazzjonijiet bħal dawn kienu jagħmlu parti mill-infrastruttura turistika ta’ pajjiżna għaliex kienu jagħtu lit-turist dik l-informazzjoni meħtieġa biex jagħmel miż-żjara tiegħu esperjenza sabiħa li jibqa’ jiftakar għal żmien twil. Hu qal li kien anke għal dan l-iskop li l-Awtorita’ għat-Turiżmu ta’ Malta kienet tappoġġja pubbikazzjonijiet ta’ dan it-tip. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li pajjiżna | kien għaddej minn evoluzzjoni kontinwa fejn b’investiment qawwi qed jitwettqu proġetti ta’ tisbiħ li jgħollu l-livell tal-għajxien tal-poplu filwaqt li anke jgħollu l-prodott li joffri pajjiżna lit-turisti. Il-Ministru Francis Zammit Dimech appella lil kulħadd biex iħares il-ġonna u postijiet pubbliċi minn vandaliżmu u ħsarat. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949