L-GĦADD TA’ TJUR IRREĠISTRATI MAL-KUNSILLI LOKALI
pr1628
08/11/2005
| Bħala | parti mill-prekawzjoni f’każ li tfaqqa’ l-avian influenza biex din ma tinxteridx, id-Diviżjoni ta’ l-Ikel u l-Attività Veterinarja fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent kienet talbet lill-pubbliku jirreġistra tjur, għasafar, tiġieġ, papri u fancy birds mal-kunsilli lokali. |
| Dawn | it-tjur ġew irreġistrati f’kull lokalità f’Malta u Għawdex. F’Malta rreġistraw it-tjur tagħhom 4,953 persuna, filwaqt li f’Għawdex kien hemm 1,847 persuna. It-tipi li ġew irreġistrati kienu varji u kienu jinkludu għasafar ta’ l-għana, wiżż, tiġieġ, ħamiem, summien, u fancy poultry. |
| Ir-reġistrazzjoni | li saret fil-kunsilli lokali ma kinitx tinkludi lil dawk li huma rreġistrati mad-Diviżjoni bħala registered breeders. |
| Il-leġislazzjoni | biex min ikollu tajr f’daru jirreġistrahom ilha fis-seħħ f’Malta mill-1989 u din kienet tirrigwarda b’mod partikolari t-tiġieġ tas-simna (broilers). |
| Il-Ministeru | jirringrazzja lill-pubbliku tal-kooperazzjoni li wera f’dan ir-rigward u li fehem il-bżonn li t-tjur jiġu rreġistrati bħala mezz ta’ prekawzjoni kontra l-eventwalità ta’ l-avian influenza. Dan l-eżerċizzju wassal ukoll biex ikun hemm informazzjoni aktar aġġornata dwar il-popolazzjoni tat-tjur u l-għasafar f’Malta. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949