Left arrow Mur Lura

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jappella ghall-attenzjoni meta jintuzaw prodotti ta’ l-elettriku fi zmien il-festi

pr1627
Date Icon 08/11/2005
“Meta tixtru jew tbiegħu prodotti ta’ l-elettriku oqgħodu attenti għall-plakkekta’ dawn il-prodotti ta’ l-elettriku.  Hemm bżonn aktar attenzjoni biex ma jitpoġġewx prodotti li jistgħu ikunu ta’ periklu fis-suq.  L-Avviż Legali 367 tal-2002 (The Low Voltage Electrical Equipment Order) u l-Avviż Legali 181 ta’ l-2004 (Electrical Accessories Regulations as amended by Legal Notice 397 of 2004)jistabilixxu r-rekwiżiti minimi għall-apparat elettriku u plakkek.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo fi stqarrija dwar prodotti ta’ l-elettriku.
Is-SegretarjuParlamentari ħeġġeġ lil dawk kollha li jbiegħu prodotti bl-elettriku, speċjalment issa li deħlin fi żmien il-Milied, fejn jinbiegħu wkoll prodotti bħad-dwal tal-Milied, biex jaraw li l-prodotti li jkunu qegħdin ibieghu ikunu konformi mar-regolamenti.  Is-Sigurezza tad-dwal tal-Milied hu regolat mir-regolament “Low Voltage Electrical Equipment Order, 2002” li jitlob li dawn id-dwal ma jkunux ta’ periklu sakemm jiġu wżati bil-galbu.  Il-manifattur għandu r-responsabilita’ li jevalwa l-perikli ta’ dawn il-prodotti, jieħu miżuri biex jeliminhom jew inaqqashom għal livelli aċċettabli u jiddokumenta kollox ġo “file” tekniku.  Dawn il-prodotti jistgħu jiġu meqjusa bħala sikuri biss jekk ikunu għaddew minn dan il-proċess.  Dawn ir-regolamenti jitolbu wkoll it-twaħħil tal-marka ‘CE’, li hija mandatorja għal dawn il-prodotti.  Din il-marka hija dikjarazjoni li l-manifattur qiegħed ipoġġi dwal tal-Milied sikuri fuq is-suq.
Kullmin qiegħed iwaħħal din il-marka qiegħed jassumi r-responsabilita’ tas-sigurezza tal-prodott.  Dawn il-prodotti għandhom jiġu akkompanjati minn simboli jew struzzjonijiet fuq l-użu biex jservu ta’ gwida għal użu tajjeb mill-konsumatur, eżempju jekk id-dwal mixtrija jistgħux jeħlu barra fl-apert jew le.  Importaturi ta’ dawn id-dwal minn barra l-Kommunita’ Ewropea jkunu qegħdin jassumu r-responsabilitajiet tal-manifattur, bħall-aċċess għal dokumentazzjoni teknika jekk mitluba mill-Awtorajiet.
L-Onor. Vassallo fakkar ukoll li “skond ir-regolamenti, “ElectricalAccessories Regulations, 2004” apparat elettriku domestiku li hu intiż biex jaqbad ma’ soket tad-dawl għandu jasal għand il-konsumatur bi plakk ‘3-pin’ li jikkonforma ma’ standard MSA BS 1363.  Jekk l-apparat ikollu plakk ‘2-pin’ hemm żewġ soluzzjonijiet li jistgħu jiġu mħaddma biex l-apparat jasal għand il-konsumatur bi  plakka ‘3-pin’ addattata – jew li t-‘2-pin’ jinbidel ma’ wieħed ‘3-pin’; jew inkella bit-twaħħil ta’ ‘conversion plug’ approvat fuq il-plakka ‘2-pin’.  L-ewwel soluzzjoni tinvolvi li jinqatgħu u jgħaddu l-wires mill-ġdid, u t-tieni la tinvolvi tqattiegħ u l-anqas ‘rewiring’.
Dawn ir-regolamenti ma japplikawx għall-apparat ta’ l-elettriku ta’kurrent aktar minn 13A (per eżempju ċertu heaters tad-dawl), apparat intiż biex jaqbad ma’ shaversockets, dwal li jieħlu mas-saqaf, adaptors li għandhom il-pinnijiet imqabbdin dirett mal-body, jew apparat li hu intiż li jeħel dirett mas-sistema tad-dawl mingħajr plakka (eżempju air-conditioners.)
Is-Segretarju Parlamentariħeġġeġ lil dawk kollha li jbiegħu prodotti ta’ l-elettriku biex jaraw li jikkonformaw ma’ dawn il-liġijiet u regolamenti.  Mhux biss għax il-liġi tgħid hekk, iżda biex ħadd ma jweġġa’.  Huwa ħeġġeġ ukoll lill-konsumaturi biex joqgħodu attenti għal dak li jixtru, biex ma jixtrux prodotti li forsi jidhru irħas iżda li mbagħad jiswew ogħla għax iwasslu għal korriment.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow