Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. TONIO FENECH, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, WAQT KONFERENZA TA’ L-AĦBARIJIET RIGWARD JOINT CUSTOMS OPERATION F’24 PAJJIŻ TA’ L-UNJONI EWROPEA – VALLETTA - 8 TA’ NOVEMBRU 2005

pr1626
Date Icon 08/11/2005
BonġuSinjuri,
L-ewwelnixtieq nuri l-apprezzament sinċier tiegħi għax-xogħol siewi li qiegħed isir mid-Dipartiment tad-Dwana f’pajjizna.  Xhieda ta dan, hija din il-konferenza stampata’ dalgħodu, li qieghdha issir wkoll fl-24 pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea.
Minnżmien għal żmien bħala media ġejtu mistiedna tattendu għall-ftuh ta’ xi container maqbud b’xogħol ta’ kuntrabandu mid-dwana Maltija.  F’wieħed minn dawn, ftit jiem ilu, kellna qabda ta’ żewġ containers sigaretti – b’qabda rekord ta’ 16-il miljun sigarett.
Riċentamentbdejna ninnutaw li d-Dwana bdiet tagħmel qabdiet kbar ta’ prodotti li mhux tradizzjonalment konna naraw bħalhom, prodotti kkuppjati (fakes) li kienu qed jiġu mill-Asja attaparsi oriġinali li jinkludu ħwejjeġ, parts ta’ karozzi, zraben fost ħafna affarijiet oħra.
Danma kienx b’kumbinazzjoni, iżda trend estiża fuq livell Ewropew.  Minn barra li dawn l-oġġetti jkunu ta’ livell inferjuri, irridu noqgħodu attenti wkoll sabiex nissalvagwardjaw l-impjiegi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li qed jiġu mhedda minn dawn il-prodotti.  F’kull Dwana madwar L-Ewropa qed tiżdied il-ġlieda kontra il-prodotti foloz anke għaliex dawn jimminaw il-vijabilita’ u l-prospetti ta’ fabriki Ewropej li qed jagħmlu l-oriġinali.
Filwaqtli l-Unjoni Ewropea ma żżomx lill-fabbriki milli jiċċaqalqu u jmorru jiftħu f’postijiet oħra, minn naħa l-oħra ma tistax tippermeti li l-fabbriki, ikunu fejn ikunu, jikkupjaw prodotti u jippruvaw ibiegħuhom fuq is-suq Ewropew jew Internazzjonali bħala oriġinali.
Huwastmat li fid-dinja kollha minn 5% sa 9% tal-kummerċ isir fi prodotti foloz, kummerċ li jammonta għal madwar € 250 – 300 Biljun.  Dan kollu jwassal għal għadd ta’ side effects li jaffettwaw lis-setturi diversi:-

·        Il-konsumatur – prodotti ta’ kwalita’ inferjuri mibjugħa b’valur oriġinali

·        L-industrija Ewropea li qed tiġi misruqa min dak il-bejgħ

·        L-impjiegi f’dawn l-industriji li qed jiġu mhedda

·        Id-dħul ta’ l-Unjoni Ewropea u pajjiżna minn dwana u VAT dovuta  

Bejnis-17 u l-24 ta’ Mejju li għadda, l-Unjoni Ewropea, nehdiet Operation Fake bil-għan li jinqabdu prodotti foloz li kienu qed jidħlu miċ-Ċina.  Din l-operazzjoni, involviet 250 uffiċjali tad-dwana mill-Unjoni Ewropea kollu bil-kordinament tad-DG TAXUD u DG OLAF.  Mid-Dwana Maltija kienu involuti l-Inteligence Unit, il-Monitoring Unit, lis-Scanning Unit u l-IPR Officers fi hdan l-Enforcement Division.
Dinl-Operazzjoni kienet success kbir, speċjalment għal Malta, fejn f’dak il-perjodu ta’ gimgħatejn inqabbdu 140 konsenja u € 26 miljun fi ħwejjeġ, żraben, equipment elettroniku, mediċini, sigaretti u artikoli oħra.
B’sodisfazzjonkbir inħabbrilkom li Malta rnexxiela tiġi l-ewwel f’din l-operazzjoni flimkien ma’ l-Italja bi 13-il container minn total ta’ 59 maqbuda.  Din ma tistax ħlief turi s-serjeta’ u d-dedikazzjoni ta’ l-Uffiċjali tad-Dwana ta’ Pajjiżna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow