Left arrow Mur Lura

JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 13 TA' NOVEMBRU, 2005

pr1614
Date Icon 07/11/2005
Jum it-Tifkira, lihuwa ċċelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Ġwerer Dinjija, se jkun imfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali  nhar il-Ħadd, 13 ta' Novembru, 2005.
F'din l-okkażjoni,il-Kapitlu Metropolitan se jfakkar il-Vittmi tal-Ġwerer, b’Quddiesa Koncelebrata  fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta fid-9.15 a.m.
Qabel il-Quddiesa, il-Presidentta' Malta jispezzjona Gwardja ta' l-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta, fi Pjazza San Ġwann.  Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara l-Quddiesa,fl-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira fuq il-Monument tal-Ġwerra l-Furjana.  Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti, flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta'Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja ta' l-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħdu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion.

Korpi Kostitwiti u Għaqdiet oħra li jixtiequ jipparteċipaw f’din iċ-Ċerimonja fuq il-Monument tal-Gwerra billi jqiegħdu kuruni,  għandhom javżaw lill-Kumitat Festi Nazzjonali permess ta’ e-mail fuq l-indirizz elettroniku:  antonmiceli@maltaculture.com

L-Appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira  mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom, qed isir matul il-ġranetbejn is-7  u t-13 ta' Novembru, 2005.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow