WIRJA TA' ARTI, DELIZZJI U SNAJJA
pr1611
04/11/2005
| Nhar | il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2005 ġiet inawgurata wirja ta’ arti, delizzji u snajja’ fin-Naxxar. Il-wirja tinkludi pittura, skultura, ganutel, xogħol ta’ bizzilla, arranġamenti ta’ fjuri, kollezzjoni ta’ oġġetti rari, xogħlijiet ta’ crochet, fuħħar, pupi, mudelli ta’ vapuri, ajruplani u djar antiki. |
| Il-wirja | bdiet bħala esperiment u spiċċat daħlet fil-kalendarju kulturali tan-Naxxar, tant li tiġi organizzata kull sena fl-ewwel weekend ta’ Novembru. |
| Din | il-wirja tiġbed artisti Naxxarin li qabel kienu jaħdmu għad-delizzju iżda li fl-aħħar erba’ snin ingħataw il-mezzi mill-Kunsill Lokali Naxxar biex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom. Din il-wirja tinkoraġġixxi wkoll artisti Naxxarin biex itejjbu l-kapaċitajiet artistiċi tagħhom. |
| Meta | kien qed jinawgura din il-wirja, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech stqarr li wirjiet bħal dawn joħorġu t-talenti moħbija ta’ tant artisti Maltin li forsi baqgħu lura għaliex ma kellhomx fejn jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom. |
“ Malta minn dejjem kellha artisti li għamlu isem għalihom infushom u għal pajjiżhom. Li forsi mhux kulħadd kellu kien iċ-ċans li jesebixxi x-xogħlijiet tiegħu. Illum f’pajjiżna nfetħu ħafna galleriji ta’ l-arti kemm f’postijiet tal-Gvern kif ukoll barra.
| “Fl-aħħar | snin żdiedu faċilitajiet għall-wirjiet fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fil-bitħa msaqqfa bil-ħġieġ tat-Teatru Manoel, fil-kuriduri ta’ Heritage Malta u l-Berġa ta’ l-Italja,” qal il-Ministru Zammit Dimech li żied li anke s-settur privat kien qed jagħti sehmu biex ikattar l-arti billi qed ipoġġi għad-dispożizzjoni bini bħall-imħażen restawrati ta’ Pinto fil-Valletta Waterfront u mħażen fix-Xatt tal-Birgu. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech irringrazzja lill-Kunsill Lokali Naxxar għal din l-inizjattiva tagħhom. Hu qal inizjattivi bħal din kienu jgħinu it-tisħiħ u t-tixrid tal-kultura f’pajjiżna; bhal inizjattiva oħra li kienu ħadu l-istess Kunsill biex jippubblikaw mappa bil-postijiet storiċi fin-Naxxar b’kontribut għas-settur turistiku. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949