Left arrow Go Back

WIRJA TA' ARTI, DELIZZJI U SNAJJA

pr1611
Date Icon 04/11/2005
Nharil-Ġimgħa 4 ta’ Novembru 2005 ġiet inawgurata wirja ta’ arti, delizzji u  snajja’  fin-Naxxar. Il-wirja tinkludi pittura, skultura, ganutel, xogħol ta’ bizzilla, arranġamenti ta’ fjuri, kollezzjoni ta’ oġġetti rari, xogħlijiet ta’ crochet, fuħħar, pupi,  mudelli ta’ vapuri, ajruplani u djar antiki.
Il-wirjabdiet bħala esperiment u spiċċat daħlet fil-kalendarju kulturali tan-Naxxar, tant li tiġi organizzata kull sena fl-ewwel weekend ta’ Novembru.
Dinil-wirja tiġbed artisti Naxxarin  li qabel kienu jaħdmu għad-delizzju iżda  li fl-aħħar erba’ snin ingħataw il-mezzi mill-Kunsill Lokali Naxxar  biex jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom. Din il-wirja tinkoraġġixxi wkoll artisti Naxxarin biex itejjbu l-kapaċitajiet artistiċi tagħhom.
Metakien qed jinawgura din il-wirja, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech stqarr li wirjiet bħal dawn joħorġu t-talenti moħbija ta’ tant artisti Maltin li forsi baqgħu lura għaliex ma kellhomx fejn jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom.

“ Malta minn dejjem kellha artisti li għamlu  isem għalihom  infushom u għal pajjiżhom. Li forsi mhux kulħadd kellu kien iċ-ċans li jesebixxi x-xogħlijiet tiegħu. Illum f’pajjiżna nfetħu ħafna galleriji ta’ l-arti kemm f’postijiet tal-Gvern kif ukoll barra.  

“Fl-aħħarsnin żdiedu faċilitajiet għall-wirjiet fil-Kavallier ta’ San Ġakbu, fil-bitħa msaqqfa bil-ħġieġ tat-Teatru Manoel, fil-kuriduri ta’ Heritage Malta u l-Berġa ta’ l-Italja,” qal il-Ministru Zammit Dimech li żied li anke s-settur privat kien qed jagħti sehmu biex ikattar l-arti billi qed ipoġġi għad-dispożizzjoni bini bħall-imħażen restawrati ta’ Pinto fil-Valletta Waterfront u mħażen fix-Xatt tal-Birgu.
Il-MinistruZammit Dimech irringrazzja lill-Kunsill Lokali Naxxar għal din l-inizjattiva tagħhom. Hu qal inizjattivi bħal din kienu jgħinu it-tisħiħ u t-tixrid tal-kultura f’pajjiżna; bhal inizjattiva oħra li kienu ħadu l-istess Kunsill biex jippubblikaw mappa bil-postijiet storiċi fin-Naxxar b’kontribut għas-settur turistiku.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow