L-inizjattivi tal-Gvern biex jitnaqqas u jiġi riċiklat l-iskart f'Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern
pr1608
04/11/2005
| Il-Gvern jemmen | fil-prinċipju li l-iskart għandu jitnaqqas mill-oriġini tas-sors. Kien għalhekk li fil-bidu tas-sena, nħatru Green Leaders f’kull ministeru u d-dipartimenti li jaqgħu taħthom. |
| “Dan | jikkonferma kemm il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jmexxi bl-eżempju,” qal il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino, waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet fejn ta dettalji dwar inizjattivi tal-Gvern biex jitnaqqas u jiġi rriċiklat l-iskart fil-Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern. |
| Il-budget | li għadu kemm tħabbar għas-sena d-dieħla kompla jikkonferma kemm għall-Gvern, l-ambjent huwa priorita’. Għas-sena 2006, l-ispiża kapitali favur l-ambjent u l-immaniġġjar ta’ l-iskart ser tiżdied minn Lm11.6 miljun għal Lm15.9 miljun, żieda ta’ Lm4.3 miljun, jew 37%,għas-sena 2006. Dan wara li fil-budget tas-sena l-oħra, n-nefqa fuq l-ambjent kienet kważi rduppjat mis-sena ta’ qabel. |
| Il-Green | Leaders inħatru bi tliet għanijiet speċifiċi li huma: |
· li jwaqqfu sistema biex jiġi separat l-iskart – karti, ħġieġ, metall u plastik – u li dan jinġabar mill-uffiċċji minn van li allokat apposta il-WasteServ;
· li jwaqqfu sistema għall-ġbir ta’ ink cartridges u toners biex dawn jerġgħu jintużaw; u
· li jagħmlu valutazzjoni ta’ l-enerġija fil-bini li huma responsabbli minnu biex ikunu jistgħu jitfasslu pjanijiet ta’ kif tiġi ffrankata l-enerġija.
| Il-Green | Leaders ingħataw taħriġ biex jorganizzaw sistema biex jinġabar l-iskart isseparat. It-taħriġ kien jiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-kunċetti magħrufin bħala reduce, re-use, re-cycle. |
| Waqt | il-konferenza ta’ l-aħbarijiet, tħabbar li l-persuna nkarigata mill-green initiatives fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent huwa s-sur Nick Spiteri Paris. |
| Sal-lum, | il-WasteServ qiegħda tiġbor materjal li jista’ jiġi rriċiklat minn 73 dipartiment tal-Gvern permezz tal-van li għandu skeda biex jiġbor l-iskart kuljum. |
| Dan | l-iskart riċiklabbli mid-dipartimenti differenti, jittieħed fl-impjant ta’ Sant’Antnin fejn jerga’ jingħażel u jintbagħat għar-riċiklaġġ. Il-karta bajda tintbagħat ġo fabbrika lokali biex tiġi rriċiklata f’tissue paper, il-magazines jiġu esportati biex jiġu rriċiklati f’karta, il-gazzetti jitqattgħu għal sodod ta’ l-annimali jew esportati, u karti oħra jintużaw għall-kompost. Il-ħġieġ, il-metall u l-plastik jiġu esportati għar-riċiklaġġ. Il-WasteServ toffri wkoll servizz biex jinqerdu dokumenti kunfidenzjali. |
| Fix-xahar | t’Ottubru, il-WasteServ ġabret total ta’ 432.5 tunellata ta’ skart isseparat minn bring-in sites, skejjel, entitajiet privati, lukandi kif ukoll dipartimenti tal-gvern. Il-cartridges qed jinġabru minn stabbilimenti biex jerġgħu jintużaw mill-ġdid. |
| Minn | valutazzjoni li saret fl-entitajiet kollha tal-Gvern ġie stabbilit li l-gvern għandu 77,648 neon tube. Bħalissa għaddej il-proċess biex dawn jinbidlu ma’ neon tubes li jaħlu inqas enerġija. Test cases qed isiru bħalissa fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent. |
| Minn | test case li sar f’St Joseph Ward fl-isptar St Vincent de Paule, fejn inbidlu neon tubes, irriżulta li ġew iffrankati 49% ta’ l-enerġija. Għaldaqstant qed nistmaw li l-proġett kollu għandu jiffranka lill-Gvern ta’ l-inqas 40% ta’ enerġija fuq dawl, qal il-Ministru Pullicino. |
| Benefiċċju | ieħor li se jġib miegħu t-tibdil tan-neon tubes huwa t-tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-carbon dioxide – mill-kalkoli tagħna jidher li f’ħames snin il-carbon dioxide jkun jammonta għal 43 metric tons, jiġifieri 11.9 metric tons inqas. |
| Inizjattivi | oħra fid-dipartimenti tal-Gvern u l-ministeri jinkludu l-użu ta’ boroż biodegradabbli, l-impjegati tal-gvern qed ikunu mħeġġa jistampaw fuq il-karta biss meta jkun hemm bżonn, li jitfgħu d-dawl u l-computers meta ma jkunux fl-uffiċċju, per eżempju waqt il-ħin tal-break, jirriċiklaw envelopes użati speċjalment għall-użu intern, u jistampaw fuq iż-żewġ naħat tal-karta. Dan wassal għal nuqqas konsiderevoli ta’ karti – per eżempju f’sena, il-Ministeru tal-Finanzi naqqas 900 riżma. L-użu ta’ l-email naqqas ukoll in-neċessità li jinżammu l-karti u li jintbagħtu ittri u faxes. |
| Permezz | ta’ fondi mill-proġett ‘Leonardo’ ta’ l-Unjoni Ewropea se jitħarrġu 12-il persuna mid-dipartiment tal-manutenzjoni fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni dwar il-proċeduri biex jiġu stallati solar panels. Dan il-kors se jsir f’Pamplona, fi Spanja. |
| Għadd | ta’ ħaddiema tal-gvern qed jirċievu taħriġ organizzat mill-Malta Standards Authority fuq Eco-Management and Audit (EMAS) biex tiġi vvalutata, mmaniġġjata u mtejba l-ispiża tal-gvern fejn għandu x’jaqsam l-ambjent u l-impatt fuq l-ambjent biex ikun hemm operat iktar sostenibbli. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949