“Is-sengħa tal-bizzilla qed tieħu l-ħajja mill-ġdid, u issa huwa ż-żmien li nieħdu l-vantaġġ biex noħolqu negozju minnha” – Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo
pr1604
04/11/2005
| “Is-suċċess | ta’ dawk li jaħdmu l-bizzilla Maltija jiddependi fuq kemm ikunu magħquda. Hemm bżonn li nimxu ‘l quddiem u nieħdu s-sengħa tal-bizzilla fuq livell ieħor - minn passatemp għal intrapriża.” Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed Edwin Vassallo qal dan fil-ftuħ tal-Jum tal-Bizzilla f’Malta. Din kienet ir-raba’ edizzjoni ta’ din l-okkażjoni, li tiġi organizzata kull sena mill-MaltaLace Guild. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Edwin Vassallo ammira x-xogħol li kien hemm għall-wiri, kif ukoll il-kapaċita` ta’ dawk li kienu qegħdin jaħdmu l-bizzilla fuq il-post. Fid-diskors tiegħu qal li “reġa’ tqajjem l-interess fis-sengħa tal-bizzilla, li qiegħda ssir aktar popolari. Teżisti varjeta` kbira fit-tip ta’ bizzilla li qed issir, b’ideat ġodda li qed jiġu ntrodotti, kemm minn artiġjana Maltin kif ukoll minn barranin. L-artiġjana tagħna għandhom talent kbir u qegħdin jgħallmu sengħa li tagħmel il-bizzilla Maltija ta’ l-ogħla kwalita`. Hemm bżonn li nkomplu nkattru din is-sengħa u hemm bżonn li napprezzaw aktar ix-xogħol ta’ xulxin. Is-suċċess tagħkom jiddependi minn kemm tkunu magħquda flimkien. Dawk kollha li huma membri tal-Malta Lace Guild, jew tal-koperattiva tal-bizzilla, qegħdin jaħdmu flimkien għall-ġid ta’ din is-sengħa. Jekk taħdmu f’tim tkunu aktar b’saħħitkom bħala individwi.” |
L-Onor. Vassallo qal li hemm lok li s-sengħa tal-bizzilla toħloq negozju. “Hemm bżonn li l-prodotti tal-bizzilla jkunu aktar disponibbli. Kemm-il darba jkun hemm min jgħidli li jixtiequ jixtru bizzilla Maltija u ma jsibux minn fejn. Intom probabbli ma taqblux miegħi, iżda jmiss lilkom li tippromwovu x-xogħol tagħkom biex iddawruh f’negozju li jagħmel il-flus. Aħna għandna prodotti tal-bizzilla ta’ l-ifjen kwalita`, u kemm turisti kif ukoll Maltin huma nteressati li jixtru dawn il-prodotti.”
| Is-Segretarju | Parlamentari ssuggerixxa wkoll li jitnieda forma ta’ direttorju fejn ikunu mniżżla dawk kollha li jaħdmu l-bizzilla. Din il-lista tkun disponibbli għal dawk li jixtiequ jixtru l-bizzilla. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-Malta Lace Guild biex ikollhom il-website tagħhom li tkun tista’ mhux biss tagħti informazzjoni dwar il-bizzilla u l-istorja ta’ din is-sengħa, iżda jkollha wkoll ħanut virtwali għal dawk kollha li jixtiequ jixtru l-bizzilla mingħajr xkiel. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo offra kull għajnuna minn naħa tas-Segretarjat tiegħu biex il-Malta Lace Guild tkun tista’ tagħmel din il-website. |
| Preżenti | wkoll għall-okkażjoni kien hemm is-Sinjura Margaret Farrugia, il-kordinatur ta’ Malta tal-Lace Guild, kif ukoll is-Sinjura Consiglia Azzopardi, ic-Chairperson tal-Malta Lace Guild. Is-Sinjura Azzopardi rringrazzjat lill-Onor. Vassallo tal-preżenza tiegħu u qalet li “din is-sengħa tradizzjonali issa saret arti bit-teknika tagħha, li għalkemm kienet influwenzata minn dik ta’ pajjiżi oħra fl-Ewropa matul is-sekli, għandha teknika tagħha li tagħżel il-bizzilla Maltija minn dik ta’ pajjiżi oħra. Sa ftit snin ilu, il-bizzilla kienet f’idejn in-nisa anzjani li kien ilhom ħajjithom jaħdmu. Illum qed ifittxu li jitgħallmu din is-sengħa żghażagħ u adulti, nisa u rġiel, billi jattendu korsijiet li qegħdin isiru fiċ-Ċentru ta’ l-Universita` f’Għawdex u postijiet oħra. Hemm bżonn li naħdmu flimkien biex nerġgħu niskopru dan ix-xogħol tant sabiħ u delikat.” |
| Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo ngħata | tifkira ta’ bizzilla għall-okkażjoni. Huwa temm billi ħeġġeġ aktar nies biex jitgħallmu din is-sengħa, u awgura li dawk kollha nvoluti f’din is-sengħa jieħdu l-opportunitajiet imprenditorjali li jeżistu. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949