Left arrow Mur Lura

IR-RIŻULTATI FUQ IL-KAMPJUNI TA’ L-GĦASAFAR MISJUBA ABBORD VAPUR FIL-FREEPORT JIKKONFERMAW LI MA KIENX KAŻ TA’ INFLUWENZA TAT-TJUR

pr1602
Date Icon 03/11/2005
Ir-riżultatifuq il-kampjuni ta’ l-għasafar misjuba mejta abbord vapur fil-Freeport jikkonfermaw li dan ma kienx każ ta’ influwenza tat-tjur.
Dawnir-riżultati ġew komunikati mil-Laboratorju ta’ Weybridge, f’Surrey l-Ingilterra fejn kienu ntbagħtu għal aktar investigazzjonijiet biex ikun żgurat li jitneħħa kull suspett relatat ma’ dan l-inċident.  Dawn ir-riżultati jikkonfermaw l-ewwel testijiet u l-awtopsja li saru fuq l-għasafar mill-veterinarji Maltin ftit ħin wara li daħal ir-rapport dwar is-sejba ta’ l-għasafar mejtin.
Ta’min ifakkar li wara li daħal ir-rapport tas-sejba ta’ l-għasafar, fi ftit ħin ittieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni u sar il-proċess ta’ disinfezzjoni kemm tal-ħaddiema kif ukoll tal-post fejn instabu l-għasafar.
B’dinil-konferma mil-laboratorju Ingliż irid jerġa’ jiġi riaffermat li Malta hija pajjiż ħielsa mill-virus ta’ l-influwenza tat-tjur u b’hekk hu garantit li anke l-laħam tat-tiġieġ proċessat lokalment ma hu ta’ ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem.
Il-Ministerujirringrazzja lill-pubbliku ġenerali u lid-diversi entitajiet u għaqdiet tal-koperazzjoni li wrew fl-aħħar ġimgħat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow