Left arrow Mur Lura

IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG JILTAQA` MAL-MINISTRU AWSTRALJAN GĦALL-GVERN LOKALI

pr1599
Date Icon 03/11/2005
Il-MinistruAwstraljan tal-Gvern Lokali ta’ New South Wales , l-Onor. Kerry Hickey, li bħalissa qiegħed għal żjara f’Malta, dal-għodu kellu laqgħa mal-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, responsabbli mill-Gvern Lokali, Dr Tonio Borg.
Il-MinistruHickey li sar Ministru tal-Gvern Lokali aktar kmieni din is-sena, iddeċieda li jżur Malta sabiex jiffamiljarizza ruħu mal-mudell Malti tal-Kunsilli Lokali, kif ukoll biex isir jaf aktar dwar l-esperjenza tad-demokrazija lokali f’pajjiżna.
Fil-laqgħabejn il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg u l-Ministru Awstraljan ġew diskussi diversi temi bħall-qafas legali tal-Kunsilli Lokali u b’mod partikolari r-relazzjoni bejn il-Gvern Lokali u l-Gvern Ċentrali.  Ġew diskussi wkoll sistemi differenti ta’ kif il-Gvern jiddevolvi funzjonijiet tiegħu lill-Kunsilli u kif jiżgura li dawn il-funzjonijiet qed jitwettqu b’mod xieraq.  Ġie diskuss ukoll l-arranġament finanzjarju għall-Gvern Lokali, kif ukoll oqsma oħa relatati.
Il-MinistruHickey, li jinsab akkumpanjat mid-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali Gary Payne u minn Genevieve Slattery, ic-Chief of Staff ta’ l-uffiċċju tal-Ministru, se jdum Malta sa l-4 ta’ Novembru fejn se jiltaqa’ wkoll mas-sindku tal-Belt Valletta Dr Paul Borg Olivier.
Għal-laqgħakien hemm preżenti s-Sur Natalino Attard, Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u s-Sur Alan Delia, uffiċċjal tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow