Left arrow Mur Lura

Lm150,000 għall-immanniġġjar ta’ zoni turistiċi

pr1595
Date Icon 02/11/2005
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-Kumitat Inter-ministerjali dwar it-Turiżmu li hu taħt iċ-Chairmanship tal-Prim Ministru  Lawrence Gonzi, identifika sitt siti turistiċi li għandhom jirċievu priorita’ f’xogħol ta’ tisbiħ bl-iskop li tkun indirizzata l-perċezzjoni li Malta għandha “faċilitajiet ta’ Ħames Stilel iżda ambjent ta’ Żewġ Stilel”.
Il-MinistruZammit Dimech qal li s-sitt zoni identifikati huma: il-belt Valletta u z-zona tal-Port il-Kbir; Tas-Sliema, San Ġiljan u Paceville; Buġibba, il-Qawra, il-Mellieħa, Golden Bay u l-Marfa: l-Imdina, ir-Rabat, Ħad-Dingli, Ta’ Qali u l-Buskett; Għawdex; l-ibħra kostali. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li fid-diskors tal-budget insibu li qed ikunu allokati Lm150,000 biex nassiguraw li l-zoni turistiċi jinżammu fil-livell ta’ kwalita’ li jixraq. Hu qal li l-flus ivvutati se jmorru għall-immaniġġjar ta’ dawn iz-zoni, flus li se jiżdiedu ma’ l-infieq fuq il-manutenzjoni u t-tindif ta’ dawn il-postijiet.
Il-MinistruZammit Dimech qal li f’dan l-isfond qed jitwettqu proġetti ta’ tisbiħ f’dawn iz-zoni. Hu qal li l-Awtorita’ tat-Turiżmu għal Malta bħalissa qed twettaq proġett ta’ tisbiħ fil-Mistra u anke, permezz ta’ ħaddiema tal-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qed twaqqa’ il-Jumbo Lido fi Qui-si-Sana biex l-inħawi jkun jistgħu jitgawdew minn kulħadd . Hu qal li għal dan il-proġett l-Awtorita’ tat-Turiżmu qed toħroġ is-somma ta’ Lm5,000. Il-Ministru Zammit Dimech qal li t-titjib tal-prodott turistiku Malti jibqa’ priorita’ assoluta tal-Gvern. Hu qal li kien għalhekk li bħalissa qed jitwettqu diversi proġetti ta’ tisbiħ li se jkomplu jitwettqu fix-xhur u s-snin li ġejjin.
Matuliż-żjara tiegħu l-Ministru Zammit Dimech kien akkumpanjat minn Romwald Lungaro Mifsud, Chairman Eżekuttiv tal-MTA.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow