Left arrow Mur Lura

IKOMPLI T-TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA STAĠUNALI

pr1594
Date Icon 02/11/2005
Id-Divizjonitas-Saħħa tixtieq tinforma lill-pubbliku li t-tieni kunsenja tat-tilqim kontra l-influwenza staġjonali issa waslet.
Dawkkollha li huma ntitolati għal dan il-vaċċin mingħajr ħlas jistgħu minn nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa.
It-tilqimjista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua, Rabat u B’Kara, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 10.00am u 13:00pm, u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00am u l- 12.00pm.
Għar-residentiGħawdxin it-tilqim kontra l-influwenza jingħata miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 8.00am u 12.00am.
Danil-vaċċin jista’ jittieħed minn kulħadd ’il fuq minn sitt xhur.  Id-Diviżjoni tas-Saħħa  joffri it-tilqima  bla ħlas lil:

      1.      Kull min għandu aktar minn 55 sena.
2.      Persuni fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu f’ kuntatt dirett mal-pazjenti.
3.      Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet.
4.      Persuni ta’ kull eta’ li jbagħtu minn:
         Mard kroniku tal-Pulmun (bħall-astma, mard tal-bronki, eċċ).
         Mard kroniku tal-qalb.
         Mard kroniku tal-fwied.
         Mard kroniku tal-kliewi.
         Kull min għandu d-dijabete u
         Kull min għandu immunodefiċenza, inkulz l-AIDS jew kanċer.
5.      Persuni li jbagħtu minn diżabilità.    

Id-Divizjoni tas-Saħħa tavza wkoll li  din il-konsenja ta’ 105,000 vaċċin huma biżżejjed biex  jinqeda kull min hu ntitolat u għalhekk m’hemmx lok ta’ paniku u ffullar fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-ewwel jiem li ser ikompli t-tilqim.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow