IKOMPLI T-TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA STAĠUNALI
| Id-Divizjoni | tas-Saħħa tixtieq tinforma lill-pubbliku li t-tieni kunsenja tat-tilqim kontra l-influwenza staġjonali issa waslet. |
| Dawk | kollha li huma ntitolati għal dan il-vaċċin mingħajr ħlas jistgħu minn nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa. |
| It-tilqim | jista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Paola, Mosta, Gzira, Qormi, Cospicua, Rabat u B’Kara, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 10.00am u 13:00pm, u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00am u l- 12.00pm. |
| Għar-residenti | Għawdxin it-tilqim kontra l-influwenza jingħata miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 8.00am u 12.00am. |
| Dan | il-vaċċin jista’ jittieħed minn kulħadd ’il fuq minn sitt xhur. Id-Diviżjoni tas-Saħħa joffri it-tilqima bla ħlas lil: |
1. Kull min għandu aktar minn 55 sena.
2. Persuni fil-qasam tas-saħħa li jaħdmu f’ kuntatt dirett mal-pazjenti.
3. Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet.
4. Persuni ta’ kull eta’ li jbagħtu minn:
Mard kroniku tal-Pulmun (bħall-astma, mard tal-bronki, eċċ).
Mard kroniku tal-qalb.
Mard kroniku tal-fwied.
Mard kroniku tal-kliewi.
Kull min għandu d-dijabete u
Kull min għandu immunodefiċenza, inkulz l-AIDS jew kanċer.
5. Persuni li jbagħtu minn diżabilità.
Id-Divizjoni tas-Saħħa tavza wkoll li din il-konsenja ta’ 105,000 vaċċin huma biżżejjed biex jinqeda kull min hu ntitolat u għalhekk m’hemmx lok ta’ paniku u ffullar fiċ-Ċentri tas-Saħħa fl-ewwel jiem li ser ikompli t-tilqim.
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949