Left arrow Mur Lura

Il-problema ta’ L-immigrazzjoni irregolari -  Malta tapplika ghal ghajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea

pr1593
Date Icon 01/11/2005
Maltaapplikat uffiċjalment ghal għajnuna finanzjarja minn programmi ta’ l-Unjoni Ewropea fl-oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-problema ta’ l-immigrazzjoni rregolari, partikolarment fil-qasam tar-ripatrijazzjoni.
Il-programmRETURN, li l-ammont tiegħu huwa ta’ 15-il miljun Euro, huwa ntiz li jtejjeb l-immaniġġjar tar-rimpatriju ta’ immigranti rregolari billi jkabbar il-koperazzjoni bejn stati membri, billi żżid l-effiċjenza ta’ ripatrijazzjoni fil-waqt li tinzamm id-dinjita’ tal-persuna u jiġu assigurati d-drittijiet umani. Il-proposta ta’ Malta hija għal ħlas lura ta’ spejjeż li laħqu madwar 100,000 Euro, li saru biex jiġu rimpatrijati 184 immigrant illegali.
Maltassottomettiet, flimkien ma’ pajjizi membri oħra, numru ieħor  ta’ proposti fosthom proġett ma’ l-Italja u l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Migrazzjoni (IOM) għal proġett pilota ta’ programmi ta’ ripatrijazzjoni. Din il-proposta tinvolvi finanzjament ta’ 1 miljun Euro, għal titjiriet lejn pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq.
Malta ressqet ukollproposta għal programmi oħra ta’ ripatrijazzjoni, fosthom wieħed mar-Renju Unit u l-Olanda, b’budget ta’ 1 miljun Euro; li permezz tiegħu ser tipparteċipa f’sitt titjiriet ta’ ripatrijazzjoni lejn diversi pajjizi fosthom in-Nigeria, l-Albanija, l-Azerbajgan, l-Afganistan u c-Cina.
Flimkien mal-Ġermanja,Franza u l-Belgju, Malta ressqet proposta li għandha l-għan li tistabbilixxi kooperazzjoni fl-oqsma ta’ taħrig ghal ‘social workers’ li jaħdmu f’ċentri ta’ detenzjoni. Il-programm itejjeb ukoll il-koperazzjoni għal identifikazzjoni ta’ immigranti u l-ħrug ta’ dokumenti ta’ vjaġġar li mingħajrhom ma jistax isir ir-rimpatriju.  Dan il-programm għandu finanzjament ta’ madwar 300,000 Euro.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow