Il-problema ta’ L-immigrazzjoni irregolari - Malta tapplika ghal ghajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea
pr1593
01/11/2005
| Malta | applikat uffiċjalment ghal għajnuna finanzjarja minn programmi ta’ l-Unjoni Ewropea fl-oqsma li għandhom x’jaqsmu mal-problema ta’ l-immigrazzjoni rregolari, partikolarment fil-qasam tar-ripatrijazzjoni. |
| Il-programm | RETURN, li l-ammont tiegħu huwa ta’ 15-il miljun Euro, huwa ntiz li jtejjeb l-immaniġġjar tar-rimpatriju ta’ immigranti rregolari billi jkabbar il-koperazzjoni bejn stati membri, billi żżid l-effiċjenza ta’ ripatrijazzjoni fil-waqt li tinzamm id-dinjita’ tal-persuna u jiġu assigurati d-drittijiet umani. Il-proposta ta’ Malta hija għal ħlas lura ta’ spejjeż li laħqu madwar 100,000 Euro, li saru biex jiġu rimpatrijati 184 immigrant illegali. |
| Malta | ssottomettiet, flimkien ma’ pajjizi membri oħra, numru ieħor ta’ proposti fosthom proġett ma’ l-Italja u l-Organizzazzjoni Internazzjonali dwar il-Migrazzjoni (IOM) għal proġett pilota ta’ programmi ta’ ripatrijazzjoni. Din il-proposta tinvolvi finanzjament ta’ 1 miljun Euro, għal titjiriet lejn pajjiżi fl-Afrika ta’ Fuq. |
| Malta ressqet ukoll | proposta għal programmi oħra ta’ ripatrijazzjoni, fosthom wieħed mar-Renju Unit u l-Olanda, b’budget ta’ 1 miljun Euro; li permezz tiegħu ser tipparteċipa f’sitt titjiriet ta’ ripatrijazzjoni lejn diversi pajjizi fosthom in-Nigeria, l-Albanija, l-Azerbajgan, l-Afganistan u c-Cina. |
| Flimkien mal-Ġermanja, | Franza u l-Belgju, Malta ressqet proposta li għandha l-għan li tistabbilixxi kooperazzjoni fl-oqsma ta’ taħrig ghal ‘social workers’ li jaħdmu f’ċentri ta’ detenzjoni. Il-programm itejjeb ukoll il-koperazzjoni għal identifikazzjoni ta’ immigranti u l-ħrug ta’ dokumenti ta’ vjaġġar li mingħajrhom ma jistax isir ir-rimpatriju. Dan il-programm għandu finanzjament ta’ madwar 300,000 Euro. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949