Left arrow Mur Lura

Ħaddiema tal-Gvern iwaqqgħu bini  max-Xatt ta’ Tas-Sliema

pr1592
Date Icon 01/11/2005
Binjali ilha snin tkerrah ix-xatt ta’ Tas-Sliema bdiet titwaqqa’ minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Il-bini magħruf bħala l-Jumbo Lido ġewwa Qui-Si-Sana kien ilu abbandunat diversi snin.
Appartili kien ikerrah l-ambjent, dan il-bini kien ta’ periklu għal pubbliku. Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Ninu Zammit żar dawn ix-xogħlijiet kmieni filgħodu. Ix-xogħlijiet ta’ twaqqiegħ qed isiru minn ħaddiema tat-Taqsima tax-Xogħlijiet. Dan il-post se jkun jista’ jitgawda ferm aħjar mill-bosta għawwiema li jiffrekwentaw l-inħawi.
Il-Gvernhuwa mpenjat li jkompli jsebbaħ l-ambjent ta’ pajjiżna u jtejjeb il-prodott turistiku bit-twettiq ta’ diversi proġetti. Il-Ministru Ninu Zammit fakkar fl-għexieren ta’ proġetti ta’ tisbiħ u restawr li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura wettaq fl-aħħar sentejn. Ma’ dawn, wieħed għandu jinkludi d-diversi nterventi li jagħmlu differenza kbira fl-ambjent ta’ pajjiżna. Bħal ma sar fil-proġett ta’ tisbiħ mill-ajruport sal-Belt, fejn twettqu diversi nterventi ta’ tisbiħ, it-twaqqiegħ tal-Jumbo Lido se jagħti dehra ferm isbaħ lil din il-parti ta’ tas-Sliema.
Għalsena d-dieħla (2006), hemm ippjanati diversi proġetti ta’ tisbiħ li se jitwettqu minn ħaddiema tal-Gvern. Ewlieni fosthom huwa it-trasformazzjoni tax-Xagħra ta’ Bormla, meqjusa bħala l-pulmun tal-Kottonera, minn post abbandunat u żdingat għal post ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow