Left arrow Mur Lura

Imfakkra  l-ikbar traġedja t’Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija

pr1589
Date Icon 01/11/2005
L-ikbartraġedja li kienet laqtet lill-gzira ta’ Għawdex u li seħħet wara t-Tieni Gwerra Dinjija, kienet l-għarqa ta’ 23 persuna li seħħet fit-30 ta’ Ottubru 1948,  qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien. Id-diżgrazzja kienet seħħet eżattament 57 sena ilu meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma’ żewġ membri ta’ l-ekwipaġġ kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi.
Minndak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-kosta ta’ Għawdex wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba’ persuni li salvaw,  billi għamu sal-kosta. Illum, minn dawn l-erba’ persuni, baqa’ biss wieħed, Pawlu Zammit li hu mimli bil-għomor.
It-tifkirata’ din il-ġrajja, li tiġi organizzata kull sena mill-Kumitat Organizzativ Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, saret nhar il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru,  b’ċerimonja ħdejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja fil-port ta’ l-Imġarr.
Iċ-ċerimonjabdiet b’Quddiesa b’suffraġju għal dawk kollha li għerqu u li ġiet iċċelebrata minn Rev. Dr. Joe Vella Gauci, Arċipriet tal-Parroċċa tal-Katidral. Fi tmiem il-Quddiesa l-mistednin marru fuq il-post tad-diżgrazzja permezz ta’ vapur tal-Gozo Channel fejn intefgħu bukketti tal-ward mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, miċ-Chairman tal-Kumitat Organizzativ Kultura, miċ-Chairman tal-Gozo Channel u mill-familjari tal-vittmi.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow