Imfakkra l-ikbar traġedja t’Għawdex wara t-Tieni Gwerra Dinjija
pr1589
01/11/2005
| L-ikbar | traġedja li kienet laqtet lill-gzira ta’ Għawdex u li seħħet wara t-Tieni Gwerra Dinjija, kienet l-għarqa ta’ 23 persuna li seħħet fit-30 ta’ Ottubru 1948, qrib il-bajja ta’ Ħondoq ir-Rummien. Id-diżgrazzja kienet seħħet eżattament 57 sena ilu meta luzzu mgħobbi bil-passiġġieri, fosthom żewġ pulizija u mara, flimkien ma’ żewġ membri ta’ l-ekwipaġġ kienu telqu mill-Marfa għal Għawdex minkejja l-maltemp u l-baħar qawwi. |
| Minn | dak it-traġitt, li ntemm ħesrem qrib il-kosta ta’ Għawdex wara li l-luzzu nqaleb bil-mewġ qawwi, kienu biss erba’ persuni li salvaw, billi għamu sal-kosta. Illum, minn dawn l-erba’ persuni, baqa’ biss wieħed, Pawlu Zammit li hu mimli bil-għomor. |
| It-tifkira | ta’ din il-ġrajja, li tiġi organizzata kull sena mill-Kumitat Organizzativ Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex, saret nhar il-Ħadd, 30 ta’ Ottubru, b’ċerimonja ħdejn il-monument li jfakkar din il-ġrajja fil-port ta’ l-Imġarr. |
| Iċ-ċerimonja | bdiet b’Quddiesa b’suffraġju għal dawk kollha li għerqu u li ġiet iċċelebrata minn Rev. Dr. Joe Vella Gauci, Arċipriet tal-Parroċċa tal-Katidral. Fi tmiem il-Quddiesa l-mistednin marru fuq il-post tad-diżgrazzja permezz ta’ vapur tal-Gozo Channel fejn intefgħu bukketti tal-ward mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, miċ-Chairman tal-Kumitat Organizzativ Kultura, miċ-Chairman tal-Gozo Channel u mill-familjari tal-vittmi. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949