IR-RAPPORT TAL-GVERN MALTI DWAR ID-DEROGA MID-DIRETTIVA TA’ L-GĦASAFAR IKUN PREŻENTAT FIL-JIEM LI ĠEJJIN
pr1585
31/10/2005
| Il-Gvern | qed jagħmel dak kollu possibbli mal-Kummissjoni Ewropea u qed japplika d-deroga taħt Artiklu 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar, biex tinżamm il-kaċċa għall-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt il-ftuħ uffiċjali tar-reception centre tar-Riserva Naturali tas-Simar fil-Pwales. Iċ-ċentru huwa mmexxi minn ħaddiema tal-Gvern li huma ssekondati mal-Birdlife Malta. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li fil-ġranet li ġejjin il-Gvern Malti se jippreżenta r-rapport dwar kif Malta għamlet użu mid-deroga tad-Direttiva dwar l-Għasafar ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu qal li l-Gvern hu kommess li jara li l-kaċċa u l-insib fuq gamiem u summien jibqgħu jsiru f’Malta fir-Rebbiegħa, iżda fl-istess waqt il-Gvern itenni li hu determinat li jara li dan isir fil-parametri ta’ dak li hu stabbilit fil-liġi. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li minkejja li jista’ jkun hemm xi nuqqas ta’ qbil mal-Birdlife fuq kwistjonijiet bħalma hi l-kaċċa fir-Rebbiegħa, dan bl-ebda mod m’għandu jfixkel ir-relazzjonijiet tajba u ta’ koperazzjoni li jeżistu bejn iż-żewġ partijiet. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947