Left arrow Go Back

IR-RAPPORT TAL-GVERN MALTI DWAR ID-DEROGA MID-DIRETTIVA TA’ L-GĦASAFAR IKUN PREŻENTAT FIL-JIEM LI ĠEJJIN

pr1585
Date Icon 31/10/2005
Il-Gvernqed jagħmel dak kollu possibbli mal-Kummissjoni Ewropea u qed japplika d-deroga taħt Artiklu 9 tad-Direttiva dwar l-Għasafar, biex tinżamm il-kaċċa  għall-gamiem u s-summien fir-rebbiegħa.
Danqalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt il-ftuħ uffiċjali tar-reception centre tar-Riserva Naturali tas-Simar fil-Pwales. Iċ-ċentru huwa mmexxi minn ħaddiema tal-Gvern li huma ssekondati mal-Birdlife Malta.
Il-MinistruPullicino qal li fil-ġranet li ġejjin il-Gvern Malti se jippreżenta r-rapport dwar kif Malta għamlet użu mid-deroga tad-Direttiva dwar l-Għasafar ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu qal li l-Gvern hu kommess li jara li l-kaċċa u l-insib fuq gamiem u summien jibqgħu jsiru f’Malta fir-Rebbiegħa, iżda fl-istess waqt il-Gvern itenni li hu determinat li jara li dan isir fil-parametri ta’ dak li hu stabbilit fil-liġi.
Il-MinistruGeorge Pullicino qal li minkejja li jista’ jkun hemm xi nuqqas ta’ qbil mal-Birdlife fuq kwistjonijiet bħalma hi l-kaċċa fir-Rebbiegħa, dan bl-ebda mod m’għandu jfixkel ir-relazzjonijiet tajba u ta’ koperazzjoni li jeżistu bejn iż-żewġ partijiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow