Left arrow Go Back

IT-TIMBRU TAL-POPLU MALTI HUWA S-SOLIDARJETA’

pr1583
Date Icon 31/10/2005
Fil-preżenzatal-President ta’ Malta , l-E.T. Dr. Edward Fenech Adami u s-Sinjura Fenech Adami, tqassmu l-fondi li nġabbru mill-programm “L-Istrina 2004” permezz tat-telefonati u d-donazzjonijiet li jammontaw għas-somma totali ta’ ’l fuq minn miljun u tlett mitt elf lira.
Waqtkonferenza stampa li saret fil-Palazz, il-Belt Valletta, tqassmu l-fondi lill-Malta Community Chest Fund u assoċjazzjonijiet soċjali oħrajn li huma: l-Malta Cancer Foundation, Dar il-Kaptan Respite Care, Fondazzjoni Arka, Equal Partners Foundation, Richmond Foundation, Eden Foundation, Oasi Foundation, Friends of the little Sisters of the Poor, Salesians of Don Bosco, St. Rita Home, SPCA Animal Welfare Centre, Reaching Out Malta and Jesuit Refugee Services.
Il-PresidentFenech Adami qal li kien ta’ pjaċir għalieh li għal darb’oħra jerġa jittella dan l-avveniment annwali ta’ l-Istrina, avveniment li fiha jibbenefikaw dawk kollha li għandhom bżonn. Il-President ta’ Malta faħħar l-impenn ta’ numru kbir ta’ voluntiera li jagħtu s-sehem tagħhom f’dan il-programm u li jinkludi wkoll l-impenn li r-rendikont finanzjarju jkun audited b’mod regolari fuq bażi volontarja.
Il-Presidentirringrazzja lill-PBS ta’ l-appoġġ u tax-xogħol li tagħmel waqt il-programm ta’ l-Istrina kif wkoll il-kumpanija ‘Where’s Everybody?’ li permezz ta’ l-entużjażmu u l-kuraġġ tagħha, irnexxielha torganizza avveniment bħal dan li issa sar appuntament annwali.
Il-PresidentFenech Adami wassal ukoll l-apprezzament tiegħu lil Maltacom plc., kif wkoll l-istazzjonijiet tat-televiżjoni li offrew sigħat b’xejn mill-air time tagħhom sabiex jiġi trasmess dan il-programm.
Il-Presidentiddeskriva lill-poplu Malti bħala wieħed li għandu t-timbru ta’ poplu li jgħozz il-valuri tas-solidarjeta’, poplu li jimpurtah minn ħaddieħor u kapaċi jagħraf il-bżonnijiet ta’ l-oħrajn.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow