Inawgurat ‘reception centre’ fir-Riserva Naturali tas-Simar
pr1582
30/10/2005
| Fil-Pwales, | is-soċjeta’ Birdlife Malta inawgurat reception centre fir-Riserva tas-Simar. Għall-ftuħ ta’ din ir-riserva attendew il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech u l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino. |
| Ir-reception | centre infetaħ għal għanijiet edukattivi fejn il-pubbliku, inklużi t-tfal ta’ l-iskola, se jintlaqgħu u jingħataw tagħrif siewi fuq ir-riżerva u l-ambjent naturali Malti qabel ma jibdew iżuru l-post. |
| Il-Ministru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino qal li l-Gvern japprezza inizjattivi bħalma ħadet il-Birdlife Malta li bidlet l-art fil-Pwales f’ riżerva naturali, u li issa ħasset il-ħtiega li tiftaħ reception centre fir-Riżerva, biex ittejjeb is-servizz li tagħti lill-pubbliku biex dan jifhem u japprezza iżjed l-ambjent naturali ta’ pajjiżna. |
| “Il-ftuħ | ta’ dan ir-reception centre se jgħin biex tkompli titqajjem kuxjenza ambjentali fost iċ-ċittadini, fosthom it-tfal u t-turisti, biex dawn japprezzaw aktar in-natura Maltija,” tenna l-Ministru George Pullicino. |
| Il-Ministru | Pullicino faħħar ix-xogħol siewi għall-edukazzjoni ambjentali tat-tfal li jżuru r-Riżerva. Hu qal li b’dan il-mod għaqli u intelliġenti, qed inkattru fit-tfal l-apprezzament u r-rispett lejn l-ambjent naturali Malti u huwa pass importanti biex niżguraw kuxjenza u għarfien ambjentali għalina, għal uliedna u l-ġenerazzjonijiet futuri. |
| Il-Ministru | għal-Affarijiet Rurali u l-Ambjent qal li dan jaqbel mal-politika li qiegħed jaddotta l-Gvern permezz ta’ għadd ta’ inizjattivi oħra, bħal, per eżempju, l-Ekoskola, fejn it-tfal jiġu mħeġġa jrawwmu kuxjenza ambjentali u jieħdu inizjattivi biex iħarsu u jtejbu l-ambjent ta’ madwarhom. |
| Tkellem | ukoll il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech li qal li l-ambjent madwarna kien fuq quddiem nett fost il-prioritajiet ta’ dan il-Gvern. Hu qal li ambjent nadif u san kien jgħolli l-livell tal-għajxien tal-poplu Malti u l-prodott turistiku. |
| “Il-proġett | tar-reception centre fir-riserva naturali tas-Simar fil-Pwales twettaq minn Birdlife Malta b’investiment ta’ aktar minn Lm20,000. Għal dan il-proġett l-Awtorita’ tat-Turiżmu ta’ Malta kkontribwiet Lm5,000 għaliex temmen li proġetti bħal dan jgħollu l-prodott Malti u jedukaw lill-Maltin u lill-barranin li l-ambjent għandna ngħożżuh u nħarsuh biex jitgawda minn kulħadd,” qal il-Ministru Zammit Dimech. |
Other Press Releases:
PR261949en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR261949