Left arrow Mur Lura

OKKAŻJONI UNIKA BIEX NIPPROMWOVU LIL MALTA MAD-DINJA

pr1579
Date Icon 28/10/2005
Il-Ministru għat-Turiżmu u KulturaFrancis Zammit Dimech qal li l-Commonwealth kien jiġbor fih popolazzjoni ta’ 1.8 biljun mferrxa f’53 pajjiż fil-ħames kontinenti. Dan jagħmel mil-laqgħa ta’ kull sentejn  tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth okkażjoni mill-aktar importanti għall-pajjiż li fih se tkun tiġi organizzata. Din is-sena l-laqgħa se issir f’Malta.
Il-Ministru Zammit Dimech li kien qed jitkellem ma’ l-istampa dwaril-laqgħa tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth u l-impatt ta’ din il-laqgħa fuq is-settur turistiku, qal li Malta kienet ser tkun għal darb’oħra f’għajnejn id-dinja billi se tospita u torganizza laqgħa internazzjonali hekk importanti, wara li fl-aħħar jiem organizzat il-Forum Ewropew dwar it-Turiżmu, li ġibed lejna Ministri tat-Turiżmu Ewropej u stakeholders mill-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li avveniment bħal dan sejwassal biex Malta tingħata news coverage minn networks internazzjonali ta’ l-aħbarijiet. Il-pajjiż se juri wkoll li kapaċi jospita avvenimenti hekk kbar. Il-Ministru Zammit Dimech qal li wħud mill-pajjiżi l-kbar tal-Commonwealth kienu ta’ importanza kbira għalina bħala pajjiżi li jiġġeneraw it-turiżmu. Hu qal li kien mistenni li n-numru ta’ delegati u ġurnalisti minn dawn il-pajjiżi kien se jkun wieħed kbir;  u li nospitaw delegati minn pajjiżi bħar-Renju Unit, l-Awstralja, New Zealand , il-Kanada, l-Afrika t’Isfel u l-Indja, kien se jassigura li Malta tkun fl-aħbarijiet. Hu qal li  kien aċċettat li dawn il-pajjiżi kollha kienu sorsi ewlenin ta’ vvjaġġar long-haul.
Francis Zammit Dimech qal li dan l-avveniment kien se jservi ta’ provamportanti fl-organizazzjoni ta’ konferenzi. Hu qal li Malta kienet diġa qed tattira madwar 200 konferenza f’sena b’60,000 viżitatur u b’nefqa ta’ aktar minn Lm27 miljun. Hu qal li konferenza bħal din tal-Commonwealth se twassal biex dawk li jipprovdu servizzi jgħaqqdu flimkien ir-riżorsi tagħhom, għaliex waħedhom ma jkunux jistgħu jagħtu servizz lil numru hekk kbir ta’ delegati.  Hu qal li l-laqgħa tipprovdi wkoll negozju eċċellenti lid-diversi stabbilimenti u faċilitajiet li twaqqfu dan l-aħħar snin  b’appoġġ għas-suq dejjem jikber ta’ konferenzi.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-prezenza tar-Regina Eliżabettau tal-Prim Ministru Ingliż Tony Blair għandhom iwasslu għal coverage tajjeb ta’ Malta fis-suq ewlieni turistiku tagħna fir-Renju Unit.  Hu qal li coverage bħal dan se jaħbat mal-kampanja ewlenija ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fir-Renju Unit għas-Sajf 2006. Dan iwassal biex il-marketing ta’ Malta fir-Renju Unit ikun aktar effettiv.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li Malta kienet qed tospita danl-avveniment mhux biss bħala membru tal-Commonwealth, iżda wkoll bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea. Hu qal li dan juri li minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, minkejja li aħna l-iżgħar membru ta’ l-UE, aħna mhux biss attivi  fl-UE iżda wkoll f’fora oħra b’interessi u importanza globali. Malta se tipproġetta wkoll il-vantaġġi li toffri bħala fruntiera komuni bejn  swieq ta’ pajjiżi tal-Commonwealth u swieq ta’ pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Francis Zammit Dimech qal li ċ-CHOGM ma kenitx tikkonsisti biss mil-laqgħatal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth, iżda kienu se jkunu organizzati wkoll f’Malta l-Commonwealth Youth Forum bejn  is-16 u t-23 ta’ Novembru; il-Commonwealth People’s Forum bejn il-21 u l-25 ta’ Novembru u l-Commonwealth Business Forum bejn it-22 u l-24 ta’ Novembru.
Barra minn  dawn il-laqgħat,se jkun organizzat f’Malta ‘Commonwealth Resounds!’ bil-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 150 mużiċisti, kantanti, u performers minn diversi pajjiżi tal-Commonwealth u l-Kor taż-Żgħażagħ tal-Commonwealth li se jkanta għall-ewwel darba f’din il-laqgħa tal-Commonwealth. Hu qal li hekk, din il-laqgħa tal-Commonwealth, li mistennija tattira aktar minn 3,000 viżitatur lejn Malta, għandna nħarsu lejha mhux biss bħala laqgħa ta’ Kapijiet tal-Gvern, iżda bħala ġabra ta’ attivitajiet li bejniethom jwasslu għal avveniment bla preċedent għal pajjiżna.
Il-Ministru Zammit Dimech qal li mijiet ta’ ġurnalisti se jkunuf’pajjiżna għal dawn il-ġranet ta’ laqgħat. Dawn se jiktbu stejjer mhux biss dwar il-laqgħat politiċi iżda wkoll dwar Malta, dwar l-ospitalita’ tal-Maltin u dwar x’joffri pajjiżna fil-qasam kulturali, storiku u turistiku. Hu qal li kieku kellna nħallsu għall-promozzjoni li se ningħataw f’media barranija, kieku n-nefqa kienet tkun waħda verament kbira. Dr. Zammit Dimech appella biex mhux biss nuru ma’ dawn il-mistednin tagħna ospitalita’, iżda nagħmlu minn  kollox biex ngħinuhom biex imorru lura lejn  pajjiżhom b’togħma tajba u hekk ikunu ambaxxaturi denji ta’ pajjiżna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow