Left arrow Go Back

FTEHIM BIEX L-ITALJA TIRRAPPREŻENTA LIL MALTA FIL-ĦRUĠ TA’ VISAS FEJN MALTA M’GĦANDIEX AMBAXXATI JEW SERVIZZ TA’ KONSLU

pr1578
Date Icon 28/10/2005
Malta u l-Italja ftehmuli f’dawk il-pajjiżi fejn Malta m’għandiex rappreżentazzjoni diplomatika, anqas f’livell ta’ konsulat, il-visa għal persuni li jkunu jixtiequ jżuru Malta, tinħareġ f’isem Malta mill-ambaxxati Taljani.
Dan il-ftehim li humeqjus wieħed importanti anke għal skopijiet ekonomiċi u turistiċi, kien iffirmat f’Ruma l-bieraħ bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo u l-Viċi Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan, Gianfranco Fini.
Permezz ta’ danil-ftehim, l-Italja  se tirrappreżenta lil Malta f’46 post fosthom l-istati ta’ Chicago, Houston u San Francisco, fl-Istati Uniti, Ankara, Istanbul u Izmir fit-Turkija, Zurich, Singapore, Carachi, Beirut, Tel Aviv, New Delhi u Calcutta fl-Indja u diversi postijiet oħra.
Il-ftehim jistabilixxili qabel l-ambaxxati jew konsulati Taljani joħorġu visas lil persuni li jkunu jixtiequ jżuru Malta, għandhom jagħtu d-dettalji kollha tal-persuni u informazzjoni oħra rilevanti lill-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin Malti u jkun biss wara l-approvazzjoni min-naħa ta’ l-awtoritajiet Maltin li joħorġu dawn il-visas.
L-Italja intrabtet lid-diplomatiċi tagħha li se jagħtu dan is-servizz għan-nom ta’ Malta fid-diversi pajjiżi, jimxu b’responsabbilta’ kbira daqs li kieku dak is-servizz kien qed jingħata lil pajjiżhom stess.
Dan il-ftehim hu validugħal perjodu bla limitu, iżda jista’ jiġi terminat kemm minn Malta kif ukoll mill-Italja b’komunikazzjoni bil-miktub minn xi waħda mill-partijiet.
Il-Ministru Frendojinsab fl-Italja, f’delegazzjoni mmexxija mill-Viċi Prim Ministru u Ministru ta’ l-Intern Tonio Borg u li tinkludi wkoll lis-Segretarju Parlamentari Tony Abela, li kellha taħditiet importanti ma’ l-awtoritajiet Taljani dwar il-problema ta’ l-Imigrazzjoni Illegali.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  €1.16 million to strengthen the resilience of coastal wetlands

PR261949en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  €1.16 miljun biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ekosistemi mistagħdra kostali

PR261949

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow