Riżultati nkoraġġanti fl-ewwel jiem mill-introduzzjoni tar-regolamenti ġodda kontra min jarmi b’mod illegali jew abbużiv (littering regulations)
pr1575
27/10/2005
| Kien hemm riżultati | nkoraġġanti fl-ewwel jiem mill-introduzzjoni tar-regolamenti ġodda kontra min jarmi b’mod illegali jew abbużiv. Dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ għal perjodu ta’ prova fil-21 t’Ottubru li għadda u se jidħlu fis-seħħ b’mod effettiv fl-1 ta’ Jannar 2006. |
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jinnota b’sodisfazzjon li fl-ewwel sitt ijiem mill-introduzzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, ngħataw 126 twissija bil-miktub, minbarra numru kbir ieħor ta’ twissijiet verbali. Dawn it-twissijiet ingħataw minn wardens pajżana ambjentali, li kienu ntrodotti permezz ta’ dawn ir-regolamenti u li qed jgħinu fl-infurzar. |
| Dan | l-ammont ma jinkludix twissijiet li ngħataw minn wardens bl-uniformi li wkoll għandhom il-jedd li jinfurzaw dawn ir-regolamenti ġodda. L-akbar ammont ta’ twissijiet ngħataw fuq rimi ta’ skart (littering) pero’ kien hemm ukoll twissijiet fuq xi każijiet ta’ rimi ta’ skart goff (dumping), fosthom fil-Gżira u f’San Pawl il-Baħar. |
| Il-Ministeru | għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent jappella biex il-pubbliku jibqa’ jikkopera fl-infurzar u fit-tħaddim ta’ dawn ir-regolamenti, li għandhom l-għan li jwasslu għal ambjent aktar nadif. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947