BIDLA FIL-POŻIZZJONI TAL-PARTIT LABURISTA DWAR L-IMPJANT TAR-RIĊIKLAĠĠ TA’ SANT’ANTNIN
pr1573
27/10/2005
| Il-Ministeru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent jinnota li fi istqarrija maħruġa mill-Partit Laburista b’riferenza għal-laqgħa mal-Front kontra l-Impjant ta’ Sant’Antnin, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni ġie kkwotat jgħid li ‘l-Partit Laburista jemmen li dan l-impjant (Sant’Antnin) jista’ jkun modernizzat’, kif ukoll li ‘l-Partit Laburista jemmen li għandu jkun hemm numru ta’ impjanti reġjonali għar-riċiklaġġ ta’ l-iskart’. |
| Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent | itenni li din hija preċiżament il-politika tal-Gvern. Il-Gvern ħejja proposti b’investiment ta’ €17-il miljun ewro għall-immodernizzar ta’ l-impjant ta’ Sant’Antnin, li se jkun qed jieħu biss terz ta’ l-iskart kollu ġġenerat f’Malta, li hu ekwivalenti għall-iskart li tiġġenera n-naħa t’isfel ta’ Malta . |
| L-istqarrija tal-Partit | Laburista żżid tgħid li ‘l-Partit Laburista ma jaqbilx l-anqas li l-impjant tar-riċiklaġġ li hemm f’Wied il-Għajn għandu jikber iktar milli huwa llum’. Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent ifakkar li dan hu eżattament dak li qed jipproponi l-Gvern. |
| Preżentament, l-impjant | ta’ Sant’Antnin huwa liċenzjat biex jieħu 83,000 tunnellata ta’ skart, filwaqt li bil-proposti l-ġodda, l-impjant ta’ Sant’Antnin se jieħu 71,000 tunnellata ta’ skart. Mhux talli mhux se jikber, iżda la jitlesta l-impjant ta’ Sant’Antnin se jkun jista’ jieħu anqas skart minn dak li jista’ jieħu llum. |
| Il-Gvern itenni l-appell | biex kulħadd jagħraf it-titjib li għandu jkun hemm ġaladarba jitwettqu l-proposti għall-immodernizzar ta’ l-impjant ta’ Sant’Antnin. Dan għandu jsir ‘il fuq minn kull partiġġjaniżmu. |
| Il-Gvern jispera li | quddiem dawn id-dikjarazzjonijiet tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Front kontra l-Impjant ibiddel l-istrateġija tiegħu. L-appell huwa estiż ukoll għall-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn li sa’ llum, għadu ma weġibx għal stedina tal-Gvern biex ikun preżenti f’kumitat li jissorvelja l-operat ta’l-impjant. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947