L-Unjoni Ewropea qablet fuq miżuri oħra biex issaħħaħ id-difiża kontra t-tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur
pr1570
27/10/2005
| L-Unjoni Ewropea qablet | dwar miżuri oħra biex issaħħaħ id-difiża kontra t-tixrid tal-virus ta’ l-influwenza tat-tjur. |
| Il-pajjiżi membri ta’ | l-Unjoni Ewropea approvaw proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex tkun sospiża l-importazzjoni ta’ tajr ħaj minn pajjiżi terzi (pajjiżi mhux membri ta’ l-Unjoni Ewropea) li jkunu se jintużaw għal skop kummerċjali. Din is-sospensjoni ma tapplikax għal tiġieġ. |
| Il-pajjiżi membri ta’ | l-Unjoni Ewropea qablu wkoll fuq proposta li tidħol fis-seħħ sospensjoni fuq l-importazzjoni ta’ tajr ħaj minn pajjiżi terzi li jintużaw bħala pets. Din id-deċiżjoni ma tapplikax għal għasafar li ġejjin min-Norveġja, l-Isvizzera, Liechtenstein, Andorra, l-Islanda, Greenland, il-Gżejjer Faroe u San Marino. |
| Id-direttiva ma tgħoddx | lanqas fuq il-moviment ta’ ħamest itjur jew anqas; u li jkunu tqegħdu taħt kwarantina ta’ tletin jum f’xi wieħed mill-pajjiżi terzi approvati, jew kwarantina ta’ tletin jum f’pajjiż membru, jew li jkunu ngħataw il-vaċċin kontra l-influwenza tat-tjur sa’ għaxart’ijiem qabel l-importazzjoni tat-tjur. |
| Dawn id-deċiżjonijiet | jibqgħu fis-seħħ sat-30 ta’ Novembru 2005. |
| Barra minn hekk | il-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni Ewropea qablu wkoll fuq is-sospensjoni ta’ l-importazzjoni tat-tajr ħaj kollu u prodotti tat-tajr, inkluż tiġieġ mill-Kroazja. Din is-sospensjoni ma tgħoddx għal-laħam tat-tiġieġ proċessat. |
| Dawn id-direttivi | kollha jgħoddu għal Malta. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947