Left arrow Mur Lura

L-ARKIVJI TA’ MALTA

pr1567
Date Icon 26/10/2005
Il-Ministruta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Dr Louis Galea inawgura wirja kollettiva ta' arti fil-bini ta’ l-Arkivji Nazzjonali f’Santu Spirtu r-Rabat.  Il-wirja ġiet organizzata mill-Arkivji Nazzjonali u l-Għaqda Ħbieb ta' l-Arkivji.  Ix-xogħlijiet ta' arti huma diversi u jinkludi pittura u skultura fl-injam, ġebla, ċeramika u metall.  Ix-xogħlijiet jirrappreżentaw 51 artist lokali.
Fil-ftuħtal-wirja tkellem l-Arkivista Nazzjonali s-Sur Charles Farrugia li spjega li din is-sena hi waħda speċjali għaliex dahlet fis-seħħ liġi ġdida ta' l-arkivji kif ukoll inbdew għall-ewwel darba korsijiet fl-Arkivistika fl-Universita' ta' Malta .
Il-MinistruGalea feraħ lill-artisti u l-Arkivji ta' din l-inizjattiva.  Huwa qal li ż-żerriegħa li qed tinżera’ llum permezz tal-liġi u l-istrutturi l-ġodda ser jagħtu l-frott mixtieq.  Hu wera ruhu konvint li l-istruttura l-ġdida li twaqqfet ser iġġib bidla kbira fil-mentalità u l-mod ta' kif il-poplu Malti jħares lejn dan is-settur.
Il-wirjatibqa miftuħa sas-Sibt 5 ta' Novembru u l-pubbliku jista’ jżura bejn id-9.00 am u l-4.00 pm ġewwa Santu Spirtu fir-Rabat.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow