L-ARKIVJI TA’ MALTA
pr1567
26/10/2005
| Il-Ministru | ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol Dr Louis Galea inawgura wirja kollettiva ta' arti fil-bini ta’ l-Arkivji Nazzjonali f’Santu Spirtu r-Rabat. Il-wirja ġiet organizzata mill-Arkivji Nazzjonali u l-Għaqda Ħbieb ta' l-Arkivji. Ix-xogħlijiet ta' arti huma diversi u jinkludi pittura u skultura fl-injam, ġebla, ċeramika u metall. Ix-xogħlijiet jirrappreżentaw 51 artist lokali. |
| Fil-ftuħ | tal-wirja tkellem l-Arkivista Nazzjonali s-Sur Charles Farrugia li spjega li din is-sena hi waħda speċjali għaliex dahlet fis-seħħ liġi ġdida ta' l-arkivji kif ukoll inbdew għall-ewwel darba korsijiet fl-Arkivistika fl-Universita' ta' Malta . |
| Il-Ministru | Galea feraħ lill-artisti u l-Arkivji ta' din l-inizjattiva. Huwa qal li ż-żerriegħa li qed tinżera’ llum permezz tal-liġi u l-istrutturi l-ġodda ser jagħtu l-frott mixtieq. Hu wera ruhu konvint li l-istruttura l-ġdida li twaqqfet ser iġġib bidla kbira fil-mentalità u l-mod ta' kif il-poplu Malti jħares lejn dan is-settur. |
| Il-wirja | tibqa miftuħa sas-Sibt 5 ta' Novembru u l-pubbliku jista’ jżura bejn id-9.00 am u l-4.00 pm ġewwa Santu Spirtu fir-Rabat. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947