QUALITY SERVICE CHARTER GĦAD-DIPARTIMENT TAT-TEKNOLOĠIJA FID-DIVIŻJONI TA’ L-EDUKAZZJONI
pr1565
26/10/2005
| Id-Dipartiment | tat-Teknoloġija nieda Quality Service Charter biex il-pubbliku jinqeda aħjar minn dan id-dipartiment. Iċ-Charter huwa wegħda ta’ servizz ta’ l-ogħla kwalita’ lil dawk kollha li jużaw is-servizzi ta’ dan id-dipartiment. Iċ-Charter jispjega eżattament ix-xogħol tad-dipartiment, x’servizz għandhom jistennew l-klijenti u x’inhuma d-drittijiet tagħhom. Il-klijenti ta’ dan id-dipartiment huma l-għalliema, il-Ġenituri u l-istudenti ta’ l-iskejjel fis-settur primarju u dak sekondarju. Id-drittijiet tagħhom jinstabu f’fuljett miktub b’mod ċar u sempliċi biex jinftihem. Iċ-Charter jistieden ukoll lill-klijenti biex jgħidu tagħhom dwar is-servizz li jingħataw biex b’hekk id-dipartiment ikun jista’ jagħraf aħjar il-bżonnijiet tagħhom u jkompli jtejjeb is-servizz li joffri. Permezz taċ-Charter, il-klijent ikun jaf eżattament it-tul ta’ żmien li fih għandu jirċievi risposta dwar xi talbiet jew ilmenti li jkun għamel. |
| Permezz | tad-dħul ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea u r-regoli tagħha, iċ-ċittadini qegħdin jingħataw aktar poter rigward is-servizz li għandhom jirċievu. Dan iċ-Charter huwa mezz ieħor li jiżgura kwalita’ għolja fis-servizz tat-teknoloġija fl-edukazzjoni. |
| Id-Dipartiment | tat-Teknoloġija, permezz ta’ dan iċ-Charter, qiegħed jagħmilha aktar faċli biex il-pubbliku jikseb l-informazzjoni li jkollu bżonn, jibqa’ aġġornat dwar id-drittijiet tiegħu u jipprovdi mezzi biex persuna tagħmel ilment f’każ ta’ xi nuqqasijiet. Dan għandu jgħin biex il-klijenti jkabbru l-kunfidenza tagħhom fid-Dipartiment u l-operat tiegħu. Iċ-Charter huwa mezz ieħor biex ir-relazzjoni bejn il-klijent u min jipprovdi s-servizz tissaħħaħ. |
| Id-Dipartiment | tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni hu responsabbli mis-servizzi relatati mat-teknoloġija ta’ l-informatika u komunikazzjoni (ICT) fil-livell primarju u sekondarju u mill-provvediment tas-suġġett tad-Disinn u t-Teknoloġija fl-iskejjel sekondarji. Id-dipartiment jieħu ħsieb ukoll il-provvediment tas-servizz ta’ l-Internet fl-iskejjel li jinkludi l-għażla tas-siti addattati għall-istudenti, is-siti ta’ l-internet ta’ l-iskejjel u tat-tfal u l-indirizzi ta l-e.mail ta’ l-istudenti u l-għalliema kollha. |
| Id-dipartiment | hu responsabbli wkoll mill-European Computer Driving Licence fl-iskejjel tal-Gvern, l-iSchool Information System u l-ETwinning. Minn meta l-Gvern daħħal il-kompjuters fil-klassijiet kollha primarji u fl-iskejjel kollha sekondarji eluf ta’ studenti jużaw il-komputers u l-internet kull jum u minbarra it-taħriġ dirett li jkunu qed jieħdu fl-użu tat-teknoloġija, il-kompjuters jintużaw bħala għodda għat-tagħlim fis-suġġetti differenti. |
| Wara | l-preżentazzjoni taċ-Charter is-Sur Lawrence Zammit Direttur tad-Dipartiment tat-Teknoloġija fl-Edukazzjoni, ġie ppreżentat b’tifkira u ċertifikat mis-Sur Brian Warrington, Chairman tal-Computer Society ta’ Malta f’isem il-Fondazzjoni ta’ ECDL fl-Irlanda għall-introduzzjoni ta’ ECDL fl-iskejjel statali. Nominazzjonijiet għal dan il-premju ġew milqugħa minn mad-dinja kollha filwaqt li panel internazzjonali għażel tlett rebbieħa li tagħaw l-iżjed kontribut għat-tkattir tal-litteriżmu diġitali. Is-Sur Lawrence Zammit, għan-nom tad-Dipartiment li jmexxi, kien wieħed mir-rebbieħa. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947