IL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI JFAKKAR LIL DUN KARM
pr1560
26/10/2005
| Il-Kumitat | Festi Nazzjonali jagħti l-appoġġ tiegħu lill-għaqdiet tal-Malti li nhar is-Sibt filgħodu, it-22 t’Ottubru, inġabru l-Belt quddiem dar 52 fi Triq l-Ifran biex iqassmu ittra lill-ġirien dwar il-valur kulturali li għandha din id-dar. Dun Karm għex f’din id-dar bejn l-1910 u l-1936. Fiha l-Poeta Nazzjonali kiteb fost l-isbaħ poeżiji bil-Malti, bħall-Innu Malti, Wied Qirda, Lil Mikiel Anton Vassalli, Żagħżugħ ta’ Dejjem u Bjuda. |
| Din | l-inizjattiva ta’ l-għaqdiet tal-Malti ħabtet lejlet tifkira oħra marbuta ma’ Dun Karm li tiġi organizzata ta’ kull sena mill-Kumitat Festi Nazzjonali. Il-Ħadd il-pubbliku attenda bi ħġaru quddiem il-mafkar ta’ Dun Karm fil-Furjana biex isellem kif jixraq lill-poeta. |
| L-għodwa | ta’ tifkira, organizzata għar-raba’ sena konsekuttiva, niżlet tajjeb mal-pubbliku. Minkejja l-qosor tagħha kienet dinjituża, imżewqa b’diskorsi qosra, bil-qari tal-poeżiji, bil-mużika u bit-tqegħid tal-kuruni. Din is-sena spikkat il-kontribuzzjoni ta’ l-għaqdiet tal-Malti kollha u tal-Kunsill Nazzjonali ta’ l-Ilsien Malti. |
| Min | jixtieq jikseb kopja tad-diskors ewlieni li għamel il-Mons. Dun Lawrenz Cachia, studjuż ta’ Dun Karm, huwa mħeġġeġ jikkuntattja lill-Kumitat Festi Nazzjonali (tel. Noel Damato 2124 5168) jew imur fl-uffiċċju tal-Kumitat Festi Nazzjonali, Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230 “ Casa Gaspe” , Triq ir-Repubblika, il-Belt Valletta. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947