GĦAJUNA UMANITARJA TINTBAGĦAT LEJN IL-PAKISTAN
pr1558
26/10/2005
| Il-Ministru | għall-Affarijiet Barranin Michael Frendo u s-Segretarju Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici, kienu fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta dalgħodu fejn diversi oġġetti li ngħataw mill-poplu u ditti Maltin biex jintbagħtu bħala għajnuna umanitarja għall-vittmi tat-terremot fil-Pakistan, tgħabbew fuq ajruplan tal-Qawwa ta’ l-Ajru Daniża biex jitwasslu fiż-żoni milquta minn dan id-diżastru naturali. |
| L-ajruplan | tat-tagħbija kien qed jittajjar taħt l-awspiċi ta’ l-UNHCR (Il-Kummissarju tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati) u ngħata permess apposta biex ikun jista’ jinżel fl-ajruport u jwassal din l-għajnuna tant meħtieġa. |
| Id-Dipartiment | tal-Protezzjoni Ċivili li ħa ħsieb biex jinġabru dawn l-oġġetti qal li l-poplu Malti kkontribwixxa tajjeb ħafna għal din l-inizjattiva u sal-ġimgħa li għaddiet kienu nġabru 500 kutra, 60 tinda ta’ daqsijiet diversi, 32 ‘pallet’ mgħobbija b’ikel - l-aktar ċereali, 16-il ‘pallet’ ilma minerali u żewġ ‘pallets’ deterġenti. Barra minn dan il-poplu baqa’ jibgħat aktar affarijiet li issa mistennija jintbagħtu lejn il-Pakistan f’containers. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Carmelo Mifsud Bonnici wara li rringrazzja lid-ditti Maltin li taw il-kontribut tagħhom, irringrazzja wkoll lill-poplu Malti li qal li għal darb’oħra kien ġeneruż ħafna, anke f’dan il-każ. Hu sostna li hu ċar li s-solidarjeta’ u l-ġenerożità huma fid-DNA tal-poplu Malti li kull meta jkun imsejjaħ dejjem jikkontribwixxi ħafna għajnuna għal dawk li jsibu ruħhom f’diffikultajiet anke meta dawn ikunu barranin. |
| Min-naħa | tiegħu l-Ministru Michael Frendo filwaqt li tenna r-ringrazzjamenti tiegħu għall-ġenerożità tal-poplu Malti, qal li Malta mhux biss f’dan il-każ imma anke fil-fora internazzjonali kollha qed tagħti kontribut siewi b’risq l-iżvilupp fid-dinja. Fil-fatt hu għadu kif irritorna minn laqgħa li saret f’Leeds l-Ingilterra fejn attenda laqgħa ta’ l-Unjoni Ewropea li ddiskutiet l-iżvilupp. |
| F’dan | il-każ kif għamlet meta kien hemm it-tsunami f’parti oħra tad-dinja, il-poplu Malti wera solidarjetà kbira biex jgħin lill-imġarrba. |
| Il-Ministru | rringrazzja lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkordina din il-ħidma kif ukoll lill-Kaptan ta’ l-ajurplan Daniz u l-membri ta’ l-ekwipaġġ tiegħu li ġew fuq din il-missjoni umanitarja li kienet koordinata mill-Unjoni Ewropea. |
| Kmieni | wara nofsinhar l-ajruplan bit-tagħbija ta’ għajnuna umanitarja minn Malta ittajjar lejn il-Pakistan. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947