Left arrow Mur Lura

DISKORS TAL-FTUĦ MILL-ONOR. NINU ZAMMIT, MINISTRU GĦAR-RIŻORSI U L-INFRASTRUTTURA FL-OKKAŻJONI TAL-PREŻENTAZZJONI TA’ DOKUMENT GĦAL DISKUSSJONI PUBBLIKA INTITOLAT “CONSERVATION OF FUEL, ENERGY AND NATURAL RESOURCES” – FLORIANA

pr1557
Date Icon 26/10/2005

Sinjuri,  

Huwapjaċir għalija li dalgħodu ġejt inniedi dan id-draft consultation document  dwar “Conservation of fuel, energy and natural resources”, dokument li ilu jinħema żmien relattivament twil.
Bħalaparti mill-istrateġija għal Żvilupp Sostenibbli li l-Gvern qiegħed ifassal għal Malta , huwa meħtieġ li l-industrija tal-bini tieħu miżuri biex isir użu aħjar u aktar effikaċi tar-riżorsi naturali. Dan sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija li tiġi wżata fil-bini tagħna.
Il-pajjiżhuwa marbut li jnaqqas il-greenhouse gases (CO2) sa l-2012, kemm minħabba l-protokoll ta’ Kyoto kif ukoll minħabba d-direttiva 2002/91 ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-effiċjenza  fl-użu ta’ l-enerġija fil-bini tagħna.
Permezzta’ din id-direttiva, l-Istati Membri huma obligati li jdaħħlu fil-leġiżlazzjoni tagħhom numru ta’ miżuri biex jassiguraw li l-istandards tal-bini jiġu mtejjba bil-għan li jiggarantixxu konsum effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija.
Ir-riċerkawriet li, sas-sena 2010, madwar 20% tal-konsum preżenti ta’ l-enerġija li tintuża fl-Ewropa tista’ tkun iffrankata jekk ikunu applikati standards u specifications aħjar fl-industrija tal-kostruzzjoni.
Huwastmat li l-użu ta’ l-enerġija fil-bini residenzjali jammonta għal madwar 40% tal-konsum ta’ l-enerġija totali li tiġi kkunsmata.
Minħabbal-livell dejjem jogħla ta’ l-għajxien tagħna, dan il-konsum qiegħed jikber kull sena. Għalhekk jeħtieg li filwaqt li nkomplu ntejbu dan il-livell ta’ għajxien ma għandniex inkunu, mill-banda l-ohra, ħalja fl-użu ta’ l-enerġija.
Huwakkalkulat li ammont sostanzjali ta’ enerġija li jintuża għad-dawl, sistemi ta’ sħanat (heating) u ta’ arja kkundizzjonata (heating and cooling) tista’ tkun iffrankata. Dan billi jkollna bini li jkun iddisinjat u mibni b’mod aħjar u billi jiddaħlu sistemi u teknoloġiji iktar effiċjenti ta’ kontroll ta’ servizzi wzati fil-bini.
Id-Direttiva2002/91 għandha prinċipalment erba’ rekwiżiti.  Dawn huma:

1    Li kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jirrevedi regolarmenti standards ta’ kif bini ġdid, kif ukoll dak li jsirulu tibdiliet sostanzjali, ikun mibni u mgħammar b’servizzi li jikkontrollaw u jillimitaw kemm teknikament possibbli l-ħela ta’ l-enerġija.  

2    Li tiġi żviluppata u ntrodotta metodoloġija komuni fl-Istati kollha għall-kejl ta’ l-użu ta’ l-enerġija fil-bini. Din il-metodoloġija għandha tikkunsidra aspetti bħal thermal insulation, sistemi ta’ produzzjoni ta’ sħana, arja kkundizzjonata, ventilazzjoni naturali, dawl artifiċjali u sħana mix-xemx.  

3    Li tiddaħħal sistema ta’ ċertifikazzjoni ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija ta’ kull bini li jinbena ġdid jew li jsirulu tibdiliet sostanzjali.  Fil-każ ta’ bini li jkun jintuża regolarment mill-publiku, dan iċ-ċertifikat għandu jkun imwaħħal għall-wiri f’post ċentrali biex jitqajjem għarfien akbar fost il-poplu dwar l-importanza ta’ l-effiċjenza fl-użu ta’ l-enerġija.  

4    Ir-raba’ rekwiżit hu li  tkun stabbilita sistema ta’ spezzjonijiet regolari ta’ bojlers u tagħmir ta’ l-arja kkundizzjonata ta’ ċertu saħħa jew kapacita’.  Fil-każ ta’ bojlers, din is-saħħa jew kapacita’ hi ta’ minimu ta’ 20 kW u għal sistemi ta’ arja kkundizzjonata ta’ ’l fuq minn 12 kW.  

Filwaqtli r-rekwiżiti ta’ l-istandards minimi u tad-dħul ta’ metodoloġija għal kejl ta’ l-użu ta’ l-enerġija jridu jkunu ntrodotti sa Jannar 2006, id-Direttiva tagħti fakulta lil Stati Membri li jitolbu deroga li tista’ tkun sa perjodu li ma jeċċedix tlett (3) snin, u dan bil-ghan li jkun ipprovdut perjodu adekwat biex ikun jista’ jiddaħħal iċ-ċertifikazzjoni u r-reġimi ta’ spezzjonijiet ta’ bojlers u sistemi ta’ arja kkundizzjonata.
Kifwieħed jista’ jobsor, id-dħul ta’ dawn is-sistemi ta’ ċertifikazzjoni u spezzjonijiet jirrikjedu numru ta’ nies li jkunu professjonalment imħarga u akkreditati biex jagħmlu dan ix-xogħol.  Minħabba dan, u peress li l-metodoloġija li ser tintuża f’Malta ser tkun lesta għal ħabta ta’ l-aħħar ta’ Novembru, mhux ser ikun possibbli li r-rekwiziti ta’ ċertifikazzjoni u spezzjonijiet ta’ bojlers u sistemi ta’ arja kkundizzjonata jiddaħħlu f’Jannar li ġej.
Il-Ministeru qiegħed jaħseb ukoll li wara li l-metodoloġija tiġintrodotta, isiru numru ta’ laqgħat ta’ tagħrif kif ukoll numru ta’ korsijiet biex wieħed ikun jista’ jiġi akkreditat biex jwettaq dan ix-xogħol.
It-tnedijata’ dan id-dokument tal-lum hu l-ewwel pass biex nibdew fit-triq li jiddaħħlu regolamenti ġodda li jimponu l-istandards minimi kemm fit-tfassil u kostruzzjoni tal-qoxra jew ix-shell tal-bini tagħna kif ukoll fl-użu  ta’ sistemi ta’ kontroll tas-sistemi tas-sħana, arja kkundizzjonata, u dawl artifiċjali. Ma’ dawn ħassejna li għandna wkoll indaħħlu regolamenti dwar il-ħażna u l-użu ta’ l-ilma tax-xita.
Fir-regolamenti li qed nfasslu, ħadna ħsieb li l-impatt finanzjarjufil-kostruzzjoni ta’ bini ġdid ikun l-inqas possibbli. Għalhekk ħassejna li fejn tidħol insulazzjoni termika jew thermal insulation, għalissa, nispeċifikaw valuri li ma jkunux ta’ livell għoli ħafna li jkunu jirrikjedu żieda sostanzjali fil-prezz tal-kostruzzjoni kif ukoll tibdil sostanzjali fil-mod ta’ kostruzzjoni li aħna mdorrijin bih.  Biex nagħti eżempju, ħassejna li għalissa, l-insulazzjoni termika (thermal insulation) li hi provduta b’ħajt tal-ġebel dobblu, b’vojt fin-nofs u b’zewġ qoxriet tas-6” u li jkun espost għall-barra, għandu jkun il-livell minimu li kull bini f’Malta għandu jkollu fejn jirigwarda il-ħitan esposti għall-elementi naturali. Ħassejna wkoll li għandna nkunu aktar riġidi fir-rigward tas-soqfa, u għalhekk ġew proposti livelli ta’ insulazzjoni termiki ta’ ċertu livell li huma ogħla minn dawk li wieħed ikollu b’kostruzzjoni konvenzjonali u normali ta’ saqaf tal-konkrit  b’kontra bejt tradizzjonali.
Fir-rigwardta’speċifikazzjonijiet relati mat-twieqi, ir-regolamenti qed jintroduċu l-użu ta’ materjali u sistemi ġodda, bħall-double glazing, li riċentament bdew jiġu mdaħhla fis-swieq tagħna biex jikkontrollaw l-ammont ta’ shana jew kesħa li tgħaddi għal ġewwa jew toħrog  mill-bini tagħna. Nafu li għalkemm dawn il-miżuri jgħollu l-prezz inizjali tal-bini, din l-ispiża tkun irkuprata sew fuq medda qasira ta’ snin.
Bhalma’ jaf kulħadd, il-Gvern hu mpenjat biex ikabbar l-użu ta’ apparat li juża enerġija alternattiva.  Is-sussidji li ngħataw fuq l-installazzjoni ta’ Solar Water Heaters huma wieħed mill-miżuri li diġa’ ttieħdu. Miżura oħra hija l-ħlas mill-Enemalta lil dawk li jissupplixxu l-energija minn Photovoltaics lill-istess korporazzjoni.  Ma’ dawn nieħdu pjaċir ukoll insemmu l-inizjattiva li ħadet l-Awtorita' tad-Djar biex kull proġett li tibni jkun jinkorpora miżuri biex dawn il-binjiet ikunu aktar effiċjenti fl-użu ta’ l-enerġija.
Minnhawn inħeġġeġ lill-Periti u Inġiniera Maltin, kif ukoll lill-kuntratturi, biex jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex ikattru l-kultura fost il-klijenti tagħhom li l-bini irid jaħseb għal użu iżjed effiċjenti ta’ l-enerġija.
Nixtieqfinalment ukoll nuri l-apprezzament tiegħi għal dawk kollha li taw sehemhom biex seta’ jiġi msawwar dan id-dokument kif ukoll lill-dawk li qegħdin jaħdmu fuq id-dokumenti l-oħra li għad irridu jinħargu. Dan id-dokument huwa issa miftuħ għad-diskussjoni pubblika bejn il-partijiet konċernati kollha biex imbagħad jgħaddi għad-deċiżjoni finali minn naħa tal-Gvern.

Grazzi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow