Left arrow Mur Lura

Tlesta r-restawr taċ-Ċentru tal-Mediterran għall-konferenzi

pr1555
Date Icon 25/10/2005
Siltiet minndiskors li l-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech għamel meta ġew inawgurati proġetti ta’ restawr fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi
Il-Ministru għat-Turiżmuu Kultura Francis Zammit Dimech qal li l-inawgurazzjoni ta’ diversi proġetti ta’ restawr fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran kienet mument storiku fil-ħajja ta’ dan il-kumpless li jaf il-bini tiegħu lill-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann li waqqfitu bħala post ta’ kura u li kien fost l-akbar sptarijiet li kienu jeżistu fi żmien il-bini tiegħu.
Il-MinistruZammit Dimech qal li b’kollox kienu qed jitwettqu 18-il proġett ta’ restawr u li xogħol li kellu jitlesta fi żmien sentejn twettaq f’inqas minn nofs iż-żmien. Hu qal ix-xogħol ta’ restawr beda f’Jannar ta’ din is-sena taħt it-tmexxija ta’ periti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Hu qal li dan il-proġett kien jinkludi it-tindif, it-tiswija u restawr tal-faċċata kollha biswit il-baħar fejn ittieħdet l-opportunita’ biex jinbidlu twieqi li saritilhom ħsara kbira mill-baħar, il-bini mill-ġdid tal-bankina, ġie rrestawrat il-ħajt tas-sala La Vallette li kien inkesa b’ħajt tmien filati għoli. Dan il-ħajt tneħħa u reġa’ ħareġ il-ħajt oriġinali li jikkumplimenta’ l-ħnejjiet tas-saqaf.
Il-Ministru Zammit Dimech qalli nbidlet is-sistema ta’ l-air conditioning li kienet ilha 25 sena. Hu qal li s-sistema l-ġdida ġiet ddisinjata b’tali mod li ma tkunx ta’ inkonvenjent għall-ġirien.  Il-Ministru Zammit Dimech qal li

o    Id-dwal fis-sala La Vallette kien imtejjeb biex ikunu jistgħu jiġu sodisfatti x-xewqat tal-klijenti  ħalli jissebbaħ id-disinn strutturali tas-sala.

o    Il-ħajt eżistenti tal-ġebel eżistenti mibni ma’ l-aċċess tar-rampa tal-kċina inbidel b’railing ta’ l-istainless steel komplimentat b’tempered glass.

o    L-1,500 metru kwadru ta’ art ġie ippolixxjat biex hekk ġie komplut il-proġett.

Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li flimkien ma’ dawn il-proġetti twettaq ukoll ix-xogħol ta’ restawr minn ġewwa u minbarra tal-kappella li hemm fis-Sacra Infermeria. F’din il-kappella, li se tiġi dekorata, se tintuża` mir-Regina Eliżabetta II filwaqt li l-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth jieħdu posthom.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li ġew riabilitati ż-żewġ lifts fiċ-Ċentru biex ikunu konformi ma’ standards ta’ l-UE u skond direttivi dwar aċċess għal kulħadd u ġew riabilitati l-faċilitajiet sanitarji fl-ewwel sular u fil-back stage.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li ċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi  kien l-ewwel post li fih iltaqgħu f’pajjiżna konferenzi kbar. Hu qal li minkejja li llum  għandna 14-il lukanda ta’ Ħames Stilel, ħafna minnhom għandhom faċilitajiet mill-aktar moderni għall-konferenzi, iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi jibqa’ il-post li jilqa’ l-akbar numru ta’ delegati. Hu qal li dan hu post storiku li b’investiment ta’ miljuni ta’ liri inbidel f’kumpless mill-isbaħ u bl-aktar faċilitajiet moderni. Hu qal li f’dan iċ-ċentru l-istorja titħallat ma’ l-użu modern biex qed noffru prodott turistiku mill-aqwa.
Il-MinistruFrancis Zammit Dimech qal li s-settur tal-konferenzi u l-inċentivi hu wieħed minn niċeċ ewlenin fil-qasam turistiku Malti. Hu qal li s-sena l-oħra attirajna madwar 200 konferenza li għalihom ġew 60,000 viżitatur li nefqu aktar minn Lm27 miljun. Il-Ministru Zammit Dimech fakkar li l-ġimgħa li għaddiet kien organizzat f’Malta il-Forum Ewropew dwar it-Turiżmu fejn ospitajna ministri mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea u stakeholders mis-settur turistiku Ewropej. Hu qal li dawn baqgħu affaxinati b’dak li joffri pajjiżna minkejja ċ-ċokon tiegħu.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li ix-xahar d-dieħel pajjiżna se jospita ċ-CHOGM li ser iġġib lejn  pajjiżna aktar minn 3,000 persuna. Hu qal li din hi okkażżjoni kbira biex nuru x’noffru u anke l-istorja tagħna.
Il-Ministru Zammit Dimech qalli f’dan l-avveniment iċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi se jkollu rwol kruċjali.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow