NINDIRIZZAW L-IMPATT TAL-PREZZ INTERNAZZJONALI TAŻ-ŻEJT
Dan li jsegwi hu t-test ta’ Stqarrija Ministerjali li għamel illum il-Ministru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni Austin Gatt fil-Parlament:
“Mr Speaker,
| Meta | fl-ewwel ta’ Jannar 2005, il-Gvern introduċa il-Fuel Surcharge ta’ 17% fuq il-konsum tad-dawl u l-elettriku, il-Korporazzjoni Enemalta kienet qed tixtri il-Fuel Oil bil-prezz ta’ Lm59.92 kull tunnellata u l-Gas Oil bil-prezz ta’ Lm133.32 kull tunnellata (prezzijiet ta’ Diċembru 2004). |
| Ix-xahar li għadda, l-Enemalta ħallset Lm177.62 | kull tunnellata ta’ Fuel Oil u Lm215.87 kull tunnellata ta’ Gas Oil. |
| Inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabelli li juru | fid-dettall iċ-ċaqlieq fil-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti bejn Ottubru 2004 u Settembru 2005 skond l-indikatur CIF Med. |
| Is-surcharge | ta’ 17% kien maħduma fuq il-premessa li l-prezzijiet taż-żejt li tħallas l-Enemalta kienu se jibqgħu qrib il-prezzijiet ta’ Novembru 2004. Minkejja l-fatt li l-prezzijiet għolew kull xahar bejn Jannar u Settembru 2005, is-surcharge ma żdiditx iżda nżammet ta’ 17%. |
| Ir-riżultat ta’ dawn il-prezzijiet ogħla milli | kien mistenni kien li waqt li s-surcharge ġabret kif kien mistenni, Lm7.7 miljuni, l-Enemalta għamlet baġit li kien jipprovdi Lm6.8 miljuni anqas milli kien hemm bżonn biex jinxtara ż-żejt għas-sena finanzjarja 2004 u 5. Ġie deċiż li dan l-ammont ma jinġabarx mingħand il-konsumaturi iżda mill-Enemalta. B’riżultat ta’ dan, il-fatt li ma saritx qabel reviżjoni tas-surcharge m’hux ser ikun ta’ detriment għall-konsumaturi. |
| Apparti minhekk, il-proċess ta’ kif tittieħed | id-deċiżjoni dwar kif tinbidel is-surcharge ħa aktar milli kien mistenni minħabba li ż-żidiet fil-prezzijiet kienu ogħla milli kienu mistennija. Din is-sitwazzjoni saret agħar bit-taqlib kbir fis-swieq f’Settembru li għadda wara l-Urugan Katrina. Minħabba f’dan, għad irid jiġi applikatt iż-żieda t’Ottubru 2004 li hi mistennija tkun madwar Lm2.5 miljun meta mqabbla m’Ottubru 2004. |
| Il-Gvern iddeċieda li din id-differenza ma’ | tkunx imħallsa mill-konsumaturi u qed minflok tkun assorbita wkoll fuq l-Enemalta. |
| Dan l-ammont hu barra t-Lm8.4 miljuni li l-Enemalta | diġà assorbiet meta ddaħħlet is-surcharge – kif kien spjegat lill-MCESD is-sena li għaddiet, din is-somma tkopri l-ispiża ta’ l-inefiċċjenzi interni ta’ l-Enemalta fil-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ l-elettriku. Dwar dan, ġie deċiż li għal darb’oħra għas-sena finanzjarja ta’ bejn Ottubru 2005 u Settembru 2006, is-somma ta’ Lm8.4 miljun tkun assorbita mill-Enemalta. |
| Biex ikun evitat xi tfixkil, dawn l-inefiċċjenzi | m’humiex qed jingħaddu lill-konsumatur iżda qed jiġu assorbiti mill-Enemalta din is-sena kif għamlet is-sena li għaddiet. |
| Għal dawn ir-raġunijiet l-Enemalta ser tissellef | Lm9.3 miljuni biex tiffinanzja dawn id-differenzi fil-baġit tagħha waqt li tiffinanzja wkoll Lm8.4 miljuni mill-kontanti tagħha kif għamlet is-sena li għaddiet. |
| Fid-diskussjonijiet ma’ l-MCESD, il-Gvern u l-Enemalta | indikaw dejjem li waħda mill-possibilitajiet li għandu quddiemu kienet li jassorbi hu (il-Gvern) parti minn dak li jrid jinġabar għal din is-sena finanzjarja. Dan l-impenn qed jiġi tradott f’azzjoni. Il-Gvern jemmen ukoll – kif qal ċar lis-sieħba soċjali – li tkun xi tkun is-soluzzjoni li naslu għaliha, il-piż irid jintrefa’ mill-partijiet kollha u jitqassam b’mod ġost mas-soċjetà u l-ekonomija kollha. |
| Ir-Rata tas- | Surcharge minn Novembru 2005 ‘il quddiem |
| Fil-proċess ta’ bbaġġittjar tagħha, l-Enemalta | trid tipprova tbassar kemm se tonfoq għaż-żjut biex tiġġenera l-elettriku kull sena iżda f’kuntes ta’ suq instabbli tant dan il-proċess ma jistax ikun ħafna aħjar minn tbassir ftit infurmat. Jekk l-istimi jirriżultaw il-bogħod mir-realtà tas-suq u, kif ġara s-sena li għaddiet, jirriżultaw konservattivi, tkun xi tkun is-surcharge li tiddaħħal issa, jkollha mbagħad tinbidel aktar tard. Fl-atmosfera li hawn illum fis-swieq, dan aktarx jiġri, tkun kemm tkun attenta l-Enemalta fl-istrateġija tax-xiri tagħha. |
| Il-Gvern għalhekk iddeċieda li minflok tipprova | tbassar is-suq, l-Enemalta għandha taħdem il-kalkoli tagħha fuq kemm fil-fatt tonfoq (anke bil-hedging) u ddaħħal sistema ta’ tibdil aktar frekwenti, kif ilu mill-2001 jiġri b’suċċess fil-każ taż-żjut li jinbiegħu mill-pompi. Din hi wkoll sistema adottata mill-parti l-kbira tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea, jekk m’hux minn kollha u għandha l-vantaġġ miżjud li tassigura li l-konsumatru ma jbatix minħabba żidiet rari imma qawwija. Barra minhekk, il-kontanti ta’ l-Enemalta ma jbatux minħabba żidiet spissi li jkollha tassorbi minflok jiġu riflessi fil-prezzijiet li jħallsu l-konsumaturi. Bl-istess mod, il-konsumatur igawdi mill-ewwel jekk ikun hemm tnaqqis fl-ispejjeż tal-Korporazzjoni għaż-żjut li tuża biex tiġġenera l-elettriku. |
| Ovvjament, il-Gvern jifhem li f’suq jogħla, dan | aktarx ikollu effett negattiv fuq il-konsumatur iżda kulħadd jirrikonixxi llum li ma tistax titfi għal kollox l-impatt tal-prezzijiet internazzjonali taż-żejt. Ikun xi jkun il-mudell li jintuża, eventwalment u wara numru ta’ snin, ir-rati ta’ l-elettriku jridu jiġu pariġġ mal-prezzijiet internazzjonali taż-żejt. |
| F’dan il-kuntest, l-Enemalta ser tkun qed taħdem | ir-rata tas-surcharge kif ġej: |
· Ir-reviżjoni ssir kull xahrejn, bl-ewwel reviżjoni tibda taħdem mill-1 ta’ Novembru 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2005;
· Ġimgħa qabel il-bidu ta’ kull perjodu ta’ xahrejn, l-Enemalta tħabbar pubblikament ir-rata tas-surcharge għax-xahrejn li jkun imiss – dan ifisser li t-tħabbira li jmiss issir fl-aħħar ġimgħa ta’ Diċembru 2005 u tkun tgħodd għal Jannar u Frar 2006;
· Minħabba li s-surcharge hi bbażata fuq il-prinċipju tad-differenza bejn l-ispiża għal dan is-sena u l-ispiża tas-sena li għaddiet, l-Enemalta ser taħdem l-ispejjeż attwali taż-żjut (billi tuża l-bażi CIF Med. maqluba fil-Lira Maltija) għax-xahrejn ta’ qabel (Settembru u Ottubru 2005 għal dan l-eżerċizzju biex ikunu koperti Novembru u Diċembru 2005) fuq bażi ta’ kull sena, tqabbel l-ispiża bażi taż-żejt għall-2004 u 5 u żżid dak li jinġabar mis-surcharge illum (Lm7.7 miljuni). Ir-riżultat juri kemm ikun irid jinġabar matul ix-xahrejn li jkun imiss u jitħaddem il-mudell tas-surcharge li kien miftiehem is-sena li għaddiet fl-MCESD u li ser jerġa’ jitħaddem din is-sena;
· Dan ikun ifisser li r-rata tas-surcharge – bħall-prezzijiet taż-żjut li jinbiegħu mill-pompi – ser issegwi s-suq internazzjonali tal-prezz taż-żjut u tista’ titla’ jew tinżel kull xahrejn;
· Ser isiru tibdiliet fis-sistema tal-kontijiet biex il-konsumatur ikun jista’ jara b’mod ċar ir-rati differenti tas-surcharge u meta jkunu daħlu u sakemm isiru dawn l-aġġustamenti fis-softwer (madwar erba’ ġimgħat) m’hux se jinħarġu aktar kontijiet ħlief għal dawk il-konsumaturi industrijali u kummerċjali li jirċievu kont darba jew darbtejn fix-xahar;
· B’din il-metodoloġija, ir-rata tas-surcharge għal Novembru u Diċembru 2005 kienet tkun 84% għall-konsumaturi kollha. Il-Gvern, madankollu jemme li din ir-rata għada għolja wisq u teħtieġ aġġustament l-aktar minħabba raġunijiet soċjali. Il-Gvern għalhekk iddeċieda li minflok jiffinanzja ż-żieda kollha b’żieda fir-rata tas-surcharge, għandha jaqsam parti minn dan il-piż fuq iż-żjut li jinbiegħu mill-pompi;
· Għalhekk, il-Gvern iddeċieda li jżid is-sisa fuq il-Petrol bla Ċomb u fil-Lead Replacement Petrol bi 3 ċenteżmi (minbarra l-VAT) li jfisser li r-rata tas-surcharge għall-ewwel titnaqqas minn 84% għal 79%. Din is-sisa miżjuda ser titnaqqas kull xahar b’0.125 ċenteżmi (minbarra l-VAT) biex tkun spiċċat għal kollox fi żmien 24 xahar; u
· La l-prezz u l-anqas is-sisa fuq id-Diesel u l-Pitrolju m’huma se jogħlew.
| Intaffu l-effett | tas-surcharge |
| Il-Gvern jaf u jifhem li waqt li t-teorija | ekonomija tiġġustifika l-ħsieb għaż-żieda fir-rata tas-surcharge kif spjegajt qabel, iżda kemm l-interess nazzjonali kif ukoll il-politika ta’ solidarjetà soċjali jeħtieġu minna li dan il-piż jinqasam bejn kulħadd u għandna nħarsu lin-nies fi bżonn ġenwin waqt li nassiguraw li l-potenzjal ekonomiju ta’ pajjiżna, kemm jista’ jkun ma jitqiegħedx f’xi żvantaġġ. |
| Minħabba f’dan, bħala l-ewwel miżura, | il-Gvern m’hux ser idaħħal is-surcharge għall-persuni kollha meqjusa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bħala każijiet soċjali għall-Korporazzjoni Enemalta. Dan ifisser li madwar 13,000 persuna m’humiex se jħallsu xejn mis-surcharge apparti li ser jibqgħu ma jħallsux għan-noll fuq il-miter. Dan id-dħul mitluf għall-Enemalta ser jitħallas mill-Gvern permezz ta’ sussidju dirett lill-Enemalta fl-interess ta’ dawn il-familji. |
| Bħala t-tieni miżura, il-Gvern jemmen li ż-żieda | fis-surcharge għandha tittaffa wkoll fuq il-prinċipju li l-piż għandu jinqasam bejn kulħadd u l-impatt għandu jitqassam fuq perjodu raġjonevoli ta’ żmien. Minħabba f’dam l-Enemalta ser tissellef madwar Lm11.3 miljun biex iżżomm fuqha sehem akbar mill-impatt. Dan is-self ser ikun ifisser li għall-konsumatru is-surcharge għall-ewwel se titnaqqas minn 79% għal 55%. Din ser tkun ir-rata tas-surcharge nhar l-1el ta’ Novembru 2005. |
| Dan it-tnaqqis fis-surcharge hu mod kif l-ispiża | għall-konsumatur titqassam fuq perjodu itwal minflok jitgħabba f’daqqa. Dan itaffi l-impatt għall-konsumatur. Fi kliem ieħor id-differenza temporanja trid titnaqqas fuq perjodu ta’ żmien u matulu dik id-differenza trid titħallas mill-Gvern u mill-Enemalta. Il-Gvern iddeċieda fuq perjodu ta’ 24 xahar biex iqarreb id-differenza ta’ 29% (55% għat-84%) li jfisser li indipendentement miċ-ċaqlieq fil-prezzijiet internazzjonali ir-rata ta’ surcharge togħla bir-rata ta’ 1.21% kull xahar. |
| Minħabba dawn l-arranġament finanzjarji, | il-finanzjament li se tkopri l-Enemalta se jkun ta’ Lm20.6 miljuni minbarra l-impenji preżenti għaż-żjut u Lm8.4 miljuni ffinanzjati mill-kontanti kif sar is-sena li għaddiet. Biex ma jkunx hemm tfixkil, dan il-finanzjament m’hux ser ikun kopert b’xi żieda fit-taxxi. |
| Bħala t-tielet miżura, u minħabba li f’daqqa | is-surcharge qed tiżdied minn 17% għal 55% il-Gvern mill-1el ta’ Jannar 2006 qed jinkludi fl-aġġustament ta’ l-indiċi tal-prezzijiet l-impatt inflazzjonarju ta’ din il-miżura. Dan jiġi jfisser li għal numru sostanzjali ta’ djar l-effett taż-żieda fis-surcharge se jkun minimu. Il-Gvern iddeċieda wkoll li l-aġġustament għall-anzjani jkun ta’ 100% biex jassigura li dawn ukoll ma jbatux minn impatt negattiv minħabba dawn iż-żidiet. |
| Id-deċiżjoni taf tkun ikkritikata | minn dawk li jħadmu għax kienu kontriha fl-MCESD meta talbuha l-Unions meta argumentaw bir-raġun li din se żżid l-ispejjeż u xxellef il-kompetittività. Biex laħaq din id-deċiżjoni, il-Gvern qies sew dawn l-opinjonijiet u pprova għal darb’oħra jqassam il-biż b’mod ġust waqt li żamm f’moħħu li: |
· Il-konsumaturi domestiċi diġà qed jissussiddjaw l-industrija u s-settur turistiku permezz tal-mekkaniżmu tal-capping;
· Waqt li l-kompetittività hi importanti, hi importanti wkoll is-solidarjetà soċjali u jrid jinstab bilanċ bejn dawn it-tnejn;
· Il-Gvern qed jadotta miżuri oħra – kif se jiġi spjegat – biex iżid il-kompetittività ta’ l-industrija u s-settur turistiku Maltin;
· Din hi deċiżjoni ta’ darba li ma tolqot b’ebda mod il-ftehim bażiku dwar l-indiċi tal-prezzijiet;
| L-effett nett ta’ din il-miżura hu li minbarra | t-13,000 persuna li ma jkunux effettwati bis-surcharge, is-surcharge ikollha effett newtru fuq dawk il-familji bi dħul baxx jew moderat. |
| Bħala r-raba’ miżura, il-Gvern iddeċieda li jżomm | il-capping li daħħal is-sena li għaddiet favur il-konsumaturi industrijali u fis-settur turistiku. Madankollu, il-Gvern jemmen li l-capping tal-lum (Lm5,000) għandu jiċċaqqlaq b’mod proporzjonat maż-żieda fis-surcharge li jfisser li l-capping ser jiżdied għal Lm21,000. Dan ifisser li l-effett massimu għall-industriji se jkun ta’ Lm16,000 kull sena. Dan il-capping ser jiddaħħal għas-sena finanzjarja kollha u jerġa’ jiġi rivedut biss f’Ottubru 2006 biex ikunu riflessi l-kundizzjonijiet fis-suq u r-rata tas-surcharge ta’ dakinhar. |
| Fid-diskussjonijiet ma’ l-MCESD, xi rappreżentanti | ta’ min iħaddem argumentaw li dan is-settur għandu jingħata trattament aktar speċjali. Waqt li japprezza bl-aktar mod ċar din it-talba, il-Gvern u l-Enemalta jistgħu jilqgħu biss parti minna l-aktar għax: |
· Il-capping ifisser li dak li ma jinġabar mill-klienti industrijali jew fis-settur tat-turiżmu jkollu jinġabar mill-konsumaturi l-oħra kollha – domestiċi u kummerċjali. Waqt li dan jagħmel sens mill-perspettiva ta’ l-interess ekonomiku nazzjonali (għax jgħin il-kompetittività), meta tbaxxi l-capping iżżid il-piż fuq l-oħrajn – waqt li l-piż qed xorta jiżdied b’mod sostanzjali; u
· Iż-żieda ma xxellifx il-bażi kompetittiva tal-prodott Malti minħabba li l-kompetituri tagħhna wkoll qed jgħaddu żidiet fir-rati b’mod regolari fis-sistemi u l-prodotti tagħhom u l-impatt taż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali taż-żejt ilu hemm aktar milli daħal f’Malta.
| Liquid | Petroleum Gas (LPG) |
| L-LPG jintuża l-aktar biex isaħħan jew biex | isajjar fid-djar u s-sena li għaddiet il-Gvern ħallas lill-Enemalta Lm1.8 miljun b’kontriubuzzjoni maħsuba biex il-prezzijiet jinżammu fil-livelli tal-lum. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kemm hi kbira d-differenza bejn l-ispiża tal-produzzjoni u t-tqassim u l-prezz tal-bejgħ bl-imnut, li hi differenza li jissussidja l-Gvern. |
| Fil-fatt, b’dan l-arranġament, il-Gvern u l-Enemalta | jkopru aktar minn nofs il-prezz attwali taċ-ċilindri tal-gass għall-konsumaturi. |
| Il-Gvern iddeċieda li għal darb’oħra jtenni | s-sussisdju li ngħata s-sena li għaddiet u ser jassorbi ż-żidiet proġettati għal din is-sena li jfisser li din is-sena l-Gvern u l-Enemalta ser jgħabbu mill-anqas Lm2.1 miljun biex iżommu l-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut fil-livelli preżenti. |
| Għal darb’oħra l-Gvern qed jgħabbi b’mod | konkret parti mill-piż u jħaddem il-prinċipju li l-piż għandu jinqasam bejn kulħadd. Għandu jkun ovvju iżda li din l-istqarrija tiddependi fuq il-fatt li l-prezzijiet internazzjonali ta’ l-LPG jkollhom żidiet żgħar li jistgħu jiġu assorbiti f’dan is-sussidju. |
| Prezzijiet | taż-Żjut |
| Meta | tqi iż-żidiet mgħaġġla u kostanti li qed naraw fis-suq internazzjonali taż-żejt, il-Gvern iddeċieda li r-reviżjoni tal-prezz li ssir kull tlett xhur tibda ssir kull xahar mill-1el ta’ Novembru 2005. |
| Dan ifisser li ċ-ċaqlieq fil-prezzijiet taż-żjut | li jinbiegħu mill-pompi u għaż-żjut internazzjonali ser jinbidel kull xahar u ser isegwi aktar mill-qrib il-prezzijiet CIF Med. maħdumin fil-Lira Maltija. Għalhekk minflok isib medja ta’ kull tlett xhur, il-prezz ser ikun eqreb ta’ dak li l-Enemalta tkun ħallset fix-xahar ta’ qabel. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi x’kienu jkunu l-prezzijiet tat-tlett prodotti ewlenin taż-żejt li kieku din is-sistema ddaħħlet fl-1el ta’ Jannar 2005. |
| Issemma’ diversi drabi bħala soluzzjoni | possibbli biex jinżammu baxxi l-prezzijiet taż-żjut, it-tnaqqis fis-sisa. Fil-fatt Malta (bħall-parti l-kbira tal-membri l-ġodda ta’ l-Unjoni Ewropea) għandha sisa li hi anqas mill-anqas permessibbli skond Direttivi Ewropej u fit-Trattat ta’ Sħunija , Malta ntrabtet li pass pass taġġusta dawn ir-rati biex għall-anqas tlaħħaq l-anqas permessibbli fl-Unjoni Ewropea sa l-2010. Qed inqiegħed fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi kif iridu jiċċaqqalqu r-rati ta’ sisa eżistenti. M’hux maħsub li dawn il-miżuri jkunu implimentati matul l-2006. |
| Is-setturi industrijali, turistiċi u tal-biedja | jiddependu mill-prodotti tad-diesel m’hux biss għall-vetturi iżda wkoll biex iħaddmu l-makkinarju. Minħabba l-bżonn li nibqgħu kompetittivi, l-Enemalta tbiegħ Light Heating Oil biex jintuża mill-industrija minflok il-pitrolju u li jinbiegħ b’24 ċenteżmu minflok il-41 ċenteżmu tad-diesel. L-Enemalta tbiegħ ukoll livelli differenti ta’ żjut irqaq bi prezz medju ta’ Lm165 kull tunnellata (jew 16.5 ċenteżmi kull litru). |
| F’dawn iż-żewġ prodotti, is-sena hi anqas | mill-anqas permessibbli fl-Unjoni Ewropea u allura ma jista’ jsirilhom ebda tnaqqis biex titjieb il-kompetittività. Madankollu biex xorta jinkiseb tnaqqis fil-prezz, għalkemm tnaqqis żgħir, l-Enemalta ddeċidiet tnaqqas il-qliegħ tagħha fuq iż-żejt irqiq mill-Lm15 kull tunnellata li tagħmel il-lum għal Lm5 kull tunnellatta: tnaqqis effettiv ta’ 66%. |
| Biex tgħin aktar lill-manifattura, l-agrikoltura | u l-lukandi, l-Enemalta qed iddaħħal prodott ġdid minflok id-Diesel 50ppm, jiġifieri l-Gas Oil 0.2% li jinbiegħ bl-istess prezz tad-diesel iżda jingħata ħlas lura lill-manifattura u lil-lukandi ta’ 5 ċenteżmi kull litra mis-sisa u 1.3 ċenteżmi mill-qliegħ ta’ l-Enemalta (minħabba li l-prodott jiswa anqas) – total ta’ 6.3 ċenteżmi kull litru. Din il-miżura ssegwi d-Direttiva tal-Kunsill Numru 2003/96/EC. |
| Fuq din il-politika, il-Ministeru tal-Finanzi ser | idaħħal skema li biha l-industrija tal-manifattura, il-bdiewa u l-lukandi ser ikunu jistgħu jitolbu lill-Ministeru tal-Finanzi ħlas ta’ 6.3 ċenteżmu kull litru ta’ Gas Oil 0.2% li jkunu wżaw. |
| Biex jikkompensa t-telf fid-dħul mis-sisa | minn din l-iskema, is-sisa fuq l-LRP u l-Petrol bla Ċomb qed jiżdied bi 3 milleżmi kull litru (minbarra l-VAT) b’effett immedjat (miżjuda mat-3 ċenteżmi li ssemmew qabel). L-effett nett fuq id-dħul tal-Gvern mistenni jkun null skond ir-rati preżenti ta’ konsum. Is-sisa fuq il-pitrolju u d-diesel tal-karozzi m’hux se jintmessu. |
| Dawn id-deċiżjonijiet ġew diskussi ma’ l-Awtorità | Maltija dwar ir-Riżorsi biex ikun assigurat li l-miżuri jkunu jsegwu liġijiet u standards. Ser ikun hemm bżonn aktar sottomissjonijiet wara t-tħabbir ta’ dawn il-miżuri skond il-proċeduri stabbiliti. |
| Il-Gvern qed iżid ma’ din id-deċiżjoni | sensiela ta’ miżuri mmirati biex ikun indirizzat il-kuntest kollu ta’ l-enerġija f’pajjiżna. Kif kien spjegat lill-MCESD: |
1. Il-Gvern qed jesplora permezz tal-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, id-dikjarazzjoni li għamel dan l-aħħar dwar is-suġġett l-Ambaxxatur tal-Libja;
2. L-Awtorità dwar ir-Riżorsi qed tħejji studju wiesgħa dwar il-ġenerazzjoni ta’ l-elettriku u l-alternattivi quddiem il-Gvern u quddiem il-pajjiż;
3. L-Enemalta bdiet diskussjonijiet m’operaturi ewlenin fis-settur ta’ l-enerġija fir-reġjun biex tevalwa l-possibilità li nitqabbdu mal-qafas Ewropew ta’ l-Enerġija u li nitqabbdu b’katusa tal-gass;
4. Il-Fuel Procurement Advisory Committee ta’ l-Enemalta hu magħmil minn esperti tekniċi u issa twaqqaf u qed jopera u sar il-hedging;
5. L-Enemalta kkummissjonat proċess biex tixtri aktar kapaċità ta’ ġenerazzjoni biex iżżid u ttejjeb l-effiċjenza tagħha għal raġunijiet ekonomiċi u ambjentali;
6. Matul l-2006 ser jinbeda programm biex is-settur pubbliku jnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija;
7. Ser ikun hemm aktar inċentivi għad-djar u għan-negozji biex dawn jinvestu f’sorsi alternattivi t’enerġija.
Din il-pożizzjoni soda tal-Gvern hi indikazzjoni ċara ta’ l-impenn tal-Gvern lejn l-iżvilupp ta’ politika sħiħa dwar l-enerġija fis-snin li ġejjin.
Egħluq
Il-Gvern jaf li dan it-tibdil drastiku li jrid isir biex ipatti għal din il-problema internazzjonali li ma nħolqitx mill-Gvern jew minn Malta , m’hux faċli jitniżżel. Madankollu, il-Gvern jemmen li s-soluzzjonijiet li wasal għalihom wara li sehem s-sieħba soċjali fl-MCESD jirrappreżentaw tqassim ġust tal-problem mas-setturi differenti tas-soċjetà. Fil-fatt is-soluzzjoni hi fuq l-Ewwel Alternattiva li l-Gvern kien iddiskuta ma’ l-MCESD:
1. L-Enemalta s-sena d-dieħla ser tkopri Lm31.2 miljuni mill-ispejjeż taż-żjut;
2. Dan se jsir mingħajr l-introduzzjoni t’ebda taxxa ġdida jew self ġdid tal-Gvern li jfisser li l-Gvern irid jiffinanzja minn riżorsi eżistenti din il-parti mill-piż minflok jgħaddiha lil min iħallas it-taxxi jew lill-konsumaturi u mingħajr ma jfalli mill-miri tal-baġit;
3. Is-surcharge ta’ 55%, iċ-ċaqlieq li jrid jiġi wara u r-rati l-ġodda tas-sisa huma mistennija jiġbru madwar Lm33 miljun mingħand il-konsumaturi matul l-2006;
4. Il-konsumatur hu mħares billi ddaħħal l-aġġustament għall-indiċi tal-prezzijiet minn Jannar 2006 minflok minn sena wara;
5. Instab bilanċ bejn l-interessi tal-konsumaturi domestiċi, kummerċjali u industrijali’
6. Il-kompetittività ta’ l-industrija u tat-turiżmu qed jitħarsu permezz tal-capping;
7. Il-kompetittività ta’ l-industrija, tal-lukandi u tal-biedja qed tittejjeb bi tnaqqis drastiku fil-prezzijiet taż-żjut industrijali; u
8. Ingħatat attenzjoni speċjali biex il-prezz tad-diesel ma jiżdiedx biex jiġi kkontrollat l-impatt fuq il-kompetittività tal-kummerċ lokali.
Mr Speaker,
Il-Gvern qies li kellu dmir fuq kull dmir ieħor meta kien qed ifittex id-deċiżjonijiet: li jsib bilanċ ġust bejn il-bżonnijiet tal-kompetittività tal-pajjiż u l-obbligu ta’ solidarjetà soċjali li m’hux biss obbligu tal-Gvern iżda ta’ kulħadd. Importanti li lkoll kemm aħna naffrontaw l-isfidi veri tar-realtajiet ekonomiċi tal-lkum iżda kruċjali wkoll li ma ninsewx ir-realtajiet tal-familji Malti hu x’inhu d-dħul tagħhom. Il-Gvern jemmen li d-deċiżjonijiet li ħa jilħqu dan il-bilanċ bl-aħjar mod li jippermetti l-ambjent ekonomiku dinji llum.”
Karti mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra:
Fuel Oil CIF Med. in Lm Prices Oct. 04 to Sept. 05
Gas Oil CIF Med. Prices in Lm Oct. 04 to Sept. 05
Differentials of LPG pricing
10 Kg | 12 Kg | 15 Kg | |
Price based on actual fuel costs | 4.21 | 4.90 | 6.12 |
Current price | 2.06 | 2.32 | 2.89 |
Government contribution | 2.15 | 2.58 | 3.23 |
Simulated prices using monthly variance system
10 Kg | 12 Kg | 15 Kg | |
Price based on actual fuel costs | 4.21 | 4.90 | 6.12 |
Current price | 2.06 | 2.32 | 2.89 |
Government contribution | 2.15 | 2.58 | 3.23 |
Malta and EU Minimum Excise Taxes
10 Kg | 12 Kg | 15 Kg | |
Price based on actual fuel costs | 4.21 | 4.90 | 6.12 |
Current price | 2.06 | 2.32 | 2.89 |
Government contribution | 2.15 | 2.58 | 3.23 |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947