DR FRANCIS AGIUS JIPPARTEĊIPA F’LAQGĦA TAL-KUNSILL TAL-MINISTRI TA’ L-AGRIKOLTURA U S-SAJD TA’ L-U.E.
pr1547
24/10/2005
| Illum | it-Tnejn, 24 ta' Ottubru 2005, fil-Lussemburgu, beda jiltaqa’ l-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikultura u s-Sajd ta' l-Unjoni Ewropea. Għal dan il-Kunsill qed jattendi s-Segretarju Parlamentari għall-Agrikultura u s-Sajd, l-Onor. Dr Francis Agius. |
| Fost | il-materji li ddiskuta l-Kunsill kien hemm tlett proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal awtoriżżazzjoni ta’ Organiżmi Ġenetikament Modifikati (GMO's). |
| Fit-tlett | każi, l-proposti tal-Kummissjoni ma ġewx addottati mill-Kunsill tal-Ministri, għax ma ntlaħaqx l-appoġġ tal-maġġoranza kwalifikata. |
| Malta | kienet waħda mill-pajjiżi li opponiet dawn il-proposti. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947