Left arrow Mur Lura

L-ebda lok għal allarm dwar l-influwenza tat-tjur

pr1546
Date Icon 24/10/2005
B’referenza għall-fatti li seħħew il-bieraħ filgħaxija fil-Freeport,il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li m’hemm ebda lok għal allarm dwar l-influwenza tat-tjur.  Fl-istess waqt il-Ministeru jrid iserraħ moħħ il-poplu Malti li qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha kif reġa’ kien konfermat il-bieraħ.
Il-bieraħwara nofsinhar daħlet telefonata fuq in-numru ta’ l-emerġenza li twaqqaf apposta, fejn kien rappurtat li xi ħaddiema li telgħu abbord vapur li kien għadu kif daħal il-Freeport minn Jedda fl-Arabja Sawdita, innutaw xi għasafar mejta fuq il-pruwa tal-vapur.  Jirriżulta li l-vapur ilu jivvjaġġa għal aktar minn xahrejn u żar numru mdaqqas ta’ portijiet, inkluż portijiet fl-Asja.
Team ta’ veterinarji marru mmedjatament fuq il-post u bdew jittieħdul-prekawzjonijiet kollha.  Huma kienu akkumpanjati minn ħaddiema tad-Dipartiment għall-Protezzjoni Ċivili.  Fost l-ewwel miżuri li ttieħdu, kien hemm li l-vapur Norsuk li hu reġistrat f’Limassol Ċipru, tpoġġa taħt kwarantina u kienu identifikati l-ħaddiema kollha li setgħu ġew f’kuntatt ma’ dan il-vapur, jew li telgħu abbord.
Mill-ewwelbdiet operazzjoni ta’ dekontaminazzjoni biex ikun żgurat li ma jkun hemm ebda riskju għas-saħħa tal-ħaddiema.  Minn investigazzjonijiet li saru fuq il-vapur instabu żewġ għasafar tal-passa ta’ daqs medju, li kienu ilhom mejtin għal numru ta’ jiem, tant li kien hemm sinjali ta’ dekompożizzjoni.  Dawn ġew elevati u matul il-lejl saret l-awtopsja fuqhom.  Għalkemm l-ewwel testijiet ta’ l-awtopsja juru li dan mhuwiex każ ta’ influwenza tat-tjur, kampjuni minn dawn l-għasafar xorta se jintbagħtu l-Ingilterra għal xi testijiet oħra.
Ta’ min jgħid li huwa fatt normali ħafna li għasafar jinstabu mejtafuq vapuri li jaslu fil-portijiet Maltin.  Fl-istess waqt, il-Ministeru jinnota b’sodisfazzjon li għal darb’oħra kien ippruvat li l-miżuri kollha li hemm imħejjija għal dawn l-eventwalitajiet, qed jaħdmu u pajjiżna hu f’pożizzjoni li jilqa’ għal dawn l-emerġenzi fl-anqas ħin possibli.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni l-appell biex il-poplu jibqa’ kawt, iżda fl-istess waqt m’hemm ebda ġustifikazzjoni għal allarm.  Fuq in-numri ta’ emerġenza qed jidħlu medja ta’ aktar minn 200 telefonata fis-siegħa u f’ħafna każijiet dawn ikunu rapporti iżolati ta’ xi ħamiema jew għasfur mejjet.  Filwaqt li se jibqa’ dispost li jsegwi kull rapport li jsir, il-Ministeru jappella għal aktar diskrezjoni mill-pubbliku biex ikun żgurat li r-riżorsi jintużaw bl-aktar mod effettiv u b’hekk il-pajjiż jibqa’ għal-lest f’każ ta’ xi emerġenza.  F’dan il-kuntest, ir-rapporti li jsiru għandhom ikunu bbażati fuq każijiet ta’ natura serja jew straordinarja.
Il-Ministerugħall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itenni li Malta hija pajjiż ħieles mill-virus ta’ l-influwenza tat-tjur u b’hekk huwa garantit li anke l-laħam tat-tiġieġ proċessat lokalment,  m’hu ta’ ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow