Investiment qawwi fit-tkabbir tal-lukanda Cavalieri
pr1545
24/10/2005
| Il-lukanda Cavalieri ġiet estiża fuq kull naħa | biż-żieda ta’ kmamar ġodda u bit-tkabbir tal-kmamar l-qodma. |
| Il-kmamar, il-postijiet pubbliċi u s-service areas | tal-lukanda ġew kompletament refurbished, inbnew tlett turġien ġodda, ġew stallati erba’ lifts ġodda u ġie miżjud atrium fid-daħla tal-lukanda li jħares fuq il-bajja ta’ San Ġiljan. |
| Inbnew swimming pool u children’s pool | barra, kif ukoll pool imsaħħan ġewwa. Ġew provduti wkoll internet café, gift shop, librerija, kamra għall-qari, launderette, kamra għal-luggage, sailing centre, fencing area, French boules area, lounge panoramiku u parking bays għall-coaches. |
| Il-lukanda Cavalieri tissodisfa kompletament | ir-regolamenti għal dawk bi bżonnijiet speċjali u r-regolamenti dwar nirien, saħħa u sigurtà. |
| Il-Ministru Zammit Dimech żar il-lukanda Cavalieri, | lukanda li s-sidien tagħha qed jinvestu fiha miljuni ta’ liri fi tkabbir u titjib tas-servizzi li joffru. Hu qal li s-settur turistiku hu wieħed dinamiku għaliex l-investiment fih huwa wieħed kontinwu. Hu qal li dan l-investiment qed isir sew biex jinbnew lukandi ġodda, kif ukoll biex jitkabbru u jissebbħu lukandi eżistenti. |
| “Bejn l-1999 u din is-sena, il-lukandi ta’ ħames | stilel żdiedu minn tmienja għal 14 filwaqt li dawk ta’ erba’ stilel żdiedu minn 46 għal 52. Fl-istess waqt il-lukandi ta’ tliet stilel niżlu minn 70 għal 55 filwaqt li dawk ta’ stilla u żewġ stilel niżlu minn 58 għal 31,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu qal li minkejja li n-numru ta’ lukandi naqsu minn 182 għal 151 in-numru ta’ sodod żdied minn 37,383 għal 38,303. |
| Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dawn | iċ-ċifri juru li s-settur turistiku qed jaqleb għal lukandi ta’ kategoriji ogħla fejn ħafna mil-lukandi ta’ Erba’ jew Ħames Stilel qed ikabbru biex ikunu aktar kompetittivi. Hu qal li dan hu eżerċizzju fid-direzzjoni t-tajba għaliex pajjiżna ma jistax jikkompeti jekk ma jkunx aktar kompetittiv u jekk ma jkollux prodott ta’ kwalita’. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal l-fiduċja ta’ | l-imprenditur Malti fis-settur turistiku toħroġ mill-fatt li filwaqt li din is-sena qed ikunu investiti Lm45 miljun f’ħames lukandi ġodda, jew lukandi li qed ikunu mkabbra jew refurbished, is-sena d-dieħla hu stmat li se jsir investiment ta’ Lm21.5 miljun fi tliet lukandi oħra. |
| Hu qal li l-lista ta’ dawn il-lukandi qiegħda dejjem | titwal tant li ftit tal-ġimgħat ilu, tħabbret estensjoni oħra għal lukanda Ħames Stilel f’San Ġiljan. Il-Ministru Zammit Dimech qal li minbarra investiment f’dawn il-lukandi qed iseħħ ukoll investiment qawwi fi proġetti għall-iżvilupp urban li jitla’ għal Lm175 miljun. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li s-settur | turistiku ma jimxix ’il quddiem jekk ma jkunx hemm sinerġija bejn l-istakeholders kollha: Gvern, settur privat u l-pubbliku. Hu qal li xtaq jirringrazzja lil Edrichton Holidays Group of Companies għall-investiment li għamlu fit-titjib ta’ din il-lukanda, li se tagħti kontribut lis-settur turistiku. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947