Left arrow Go Back

Investiment qawwi fit-tkabbir tal-lukanda Cavalieri

pr1545
Date Icon 24/10/2005
Il-lukanda Cavalieri ġiet estiża fuq kull naħabiż-żieda ta’ kmamar ġodda u bit-tkabbir tal-kmamar l-qodma.
Il-kmamar, il-postijiet pubbliċi u s-service areastal-lukanda ġew kompletament refurbished, inbnew tlett turġien ġodda, ġew stallati erba’ lifts ġodda u ġie miżjud atrium fid-daħla tal-lukanda li jħares fuq il-bajja ta’ San Ġiljan.
Inbnew swimming pool u children’s poolbarra, kif ukoll pool imsaħħan ġewwa. Ġew provduti wkoll internet café, gift shop, librerija, kamra għall-qari, launderette, kamra għal-luggage, sailing centre, fencing area, French boules area, lounge panoramiku u parking bays għall-coaches.
Il-lukanda Cavalieri tissodisfa kompletamentir-regolamenti għal dawk bi bżonnijiet speċjali u r-regolamenti  dwar nirien, saħħa u sigurtà.
Il-Ministru Zammit Dimech żar il-lukanda Cavalieri,lukanda li s-sidien tagħha qed jinvestu fiha miljuni ta’ liri fi tkabbir u titjib tas-servizzi li joffru. Hu qal li s-settur turistiku hu wieħed dinamiku għaliex l-investiment fih huwa wieħed kontinwu. Hu qal li dan l-investiment qed isir sew biex jinbnew lukandi ġodda, kif ukoll  biex jitkabbru u jissebbħu lukandi eżistenti.
“Bejn l-1999 u din is-sena, il-lukandi ta’ ħamesstilel żdiedu minn tmienja għal 14 filwaqt li dawk ta’ erba’ stilel żdiedu minn 46 għal 52. Fl-istess waqt il-lukandi ta’ tliet stilel niżlu minn 70 għal 55 filwaqt li dawk ta’ stilla u żewġ stilel niżlu minn 58 għal 31,” qal il-Ministru Zammit Dimech. Hu qal li minkejja li n-numru ta’ lukandi naqsu minn 182 għal 151 in-numru ta’ sodod żdied minn 37,383 għal 38,303.
Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li dawniċ-ċifri juru li s-settur turistiku qed jaqleb għal lukandi ta’ kategoriji ogħla fejn ħafna mil-lukandi ta’ Erba’ jew Ħames Stilel qed ikabbru biex ikunu aktar kompetittivi. Hu qal li dan hu eżerċizzju fid-direzzjoni t-tajba għaliex pajjiżna ma jistax jikkompeti jekk ma jkunx aktar kompetittiv u jekk ma jkollux prodott ta’ kwalita’.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal l-fiduċja ta’l-imprenditur Malti  fis-settur turistiku toħroġ mill-fatt li filwaqt li din is-sena qed ikunu investiti Lm45 miljun f’ħames lukandi ġodda, jew lukandi li qed ikunu mkabbra jew refurbished, is-sena d-dieħla hu stmat li se jsir investiment ta’ Lm21.5 miljun fi tliet lukandi oħra.
Hu qal li l-lista ta’ dawn il-lukandi qiegħda dejjemtitwal tant li ftit tal-ġimgħat ilu, tħabbret estensjoni oħra għal lukanda Ħames Stilel f’San Ġiljan. Il-Ministru Zammit Dimech qal li minbarra investiment f’dawn il-lukandi qed iseħħ ukoll investiment qawwi fi proġetti għall-iżvilupp urban li jitla’ għal Lm175 miljun.
Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li s-setturturistiku ma jimxix ’il quddiem jekk ma jkunx hemm sinerġija bejn l-istakeholders kollha: Gvern, settur privat u l-pubbliku. Hu qal li xtaq jirringrazzja lil Edrichton Holidays Group of Companies għall-investiment li għamlu fit-titjib ta’ din il-lukanda, li se tagħti kontribut lis-settur turistiku.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow