Il-Gvern impenjat f’ħidma u inizjattivi favur l-ambjent
pr1542
24/10/2005
| Il-Gvern | huwa impenjat f’ħidma u inizjattivi favur l-ambjent. Din il-ħidma qed issir kemm fuq livell ta’ Gvern ċentrali kif ukoll permezz ta’ ħidma u kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt diskussjoni pubblika li kienet tifforma parti minn għadd ta’ attivitajiet b’tema favur l-ambjent li saru f’San Ġwann. |
| Dawn | l-attivitajiet kienu organizzati mill-grupp ta’ Girl Guides ta’ San Ġwann, b’kollaborazzjoni mall-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u mal-WasteServ. Fost l-attivitajiet li saru kien hemm workshop għat-tfal tal-lokalita’, logħob b’tema ambjentali u diskussjoni pubblika. |
| Il-Ministru | George Pullicino qal li l-Gvern qed jieħu l-miżuri kollha possibli biex jiżgura ambjent aħjar. Hu qal li bl-introduzzjoni ta’ multi aktar ħorox kontra min jarmi b’mod abbużiv, il-Gvern qed ikompli jikkonferma d-determinazzjoni tiegħu li jaqta’ l-abbużi li kulħadd xeba’ minnhom. Il-Ministru Pullicino qal li fl-ewwel jum li fih dawn ir-regolamenti daħlu fis-seħħ bi prova, diġa’ ngħataw aktar minn 60 twissija lil min inqabad jikser ir-regolamenti. Dawn it-twissijiet ngħataw mill-wardens bl-uniformi kif ukoll minn dawk pajżana, li ġew introdotti permezz ta’ dawn ir-regolamenti. |
| George | Pullicino qal li dan jikkonferma kemm il-Gvern hu determinat li jinforza biex jinqata’ l-abbuż ta’ min jarmi u jħammeġ b’mod illegali. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li l-Gvern mhux qed jixxaħħaħ fl-isforz biex itejjeb l-ambjent u b’hekk itejjeb ukoll il-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Hu fakkar kif il-Gvern qed juża żejt ‘low sulphur’ għall-‘power stations’, miżura li qed twassal biex il-Gvern qed jonfoq madwar Lm7 miljuni aktar fis-sena. George Pullicino sostna li b’hekk qed jonqos it-tniġġiż mill-emissjonijiet ta’ l-impjanti li jiġġeneraw l-elettriku fil-pajjiż. Kompla jgħid li l-Gvern qed jagħti importanza kbira lis-sehem li l-Kunsilli Lokali għandu jkollhom biex dawn l-inizjattivi jilħqu l-għan tagħhom u tenna l-appell biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn il-Gvern Ċentrali u l-Kunsilli Lokali fuq inizjattivi speċifiċi, bħalma hu l-immaniġġjar ta’ l-iskart. |
| Il-Ministru | Pullicino qal li l-Gvern irid iżid in-numru ta’ bring-in sites fil-pajjiż minn madwar 70 li għandna llum għal 400. Hu qal li l-programm tal-Gvern hu li l-Kunsilli Lokali kollha jgħaddu l-lista tas-siti proposti għall-bring-in sites sa’ l-aħħar ta’ Marzu tas-sena d-dieħla. L-Onor. Pullicino tenna li l-Gvern irid jevita li jimponi fuq il-Kunsilli u appella biex dawn jikkoperaw. |
| Hu | fakkar fix-xogħol siewi li qed twettaq il-WasteServ u qal li sa’ llum hawn madwar 100 skola li fihom qed isir separazzjoni ta’ l-iskart permezz ta’ reċipjenti ta’ l-iskart separati. Hu tenna l-appell biex aktar skejjel jippromwovu inizjattivi ambjentali u jissieħbu f’inizjattivi bħalma hi l-Eko-Skola. Il-Ministru Pullicino qal li l-edukazzjoni hija għodda ferm importanti biex tgħolli l-livell ta’ għarfien ambjentali fost il-ġenerazzjonijiet li għadhom telgħin. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947